lourdes-summer

L-Għid F’Lourdes
(6 Days)

Departure & Return Date/s
  • 03 Apr - 08 Apr 2026

Visiting
  • Lourdes

  • Val D'Aran

  • Pont d’Espagne

  • Pau

  • St. Jean de Luz

  • Col d’Ibardin

  • Gavarnie

Excursions
  • Val D’Aran (Adult: €45 / Child: €25)

  • Pont d’Espagne (Adult: €30 / Child: €15)

  • Pau (Adult: €28 / Child: €15)

  • St Jean de Luz / Col d’Ibardin (Adult: €49 / Child: €25)

  • Gavarnie (Adult: €30 / Child: €15)

What's Included
  • Titjira mar-Ryanair għal Toulouse u lura minn Lourdes inkluż b’20kg checked-in luggage kull persuna

  • Akkomodazzjoni għal 5 iljieli fil-Hotel Christina 3*** f’Lourdes jew simili

  • 5 kolazzjonijiet / 4 pranzi / 6 ċeni

  • Kmamar kollha bis-servizzi privati u AC ikkontrollat

  • Trasferimenti ajruport/lukanda/ajruport

  • Taxxi tal-ajruporti u s-service charge

  • Servizz ta’ Tour Leader

  • Servizz ta’ Direttur Spiritwali

  • Insolvency fund

What's Not Included Prices might vary slightly due to currency exchange
  • City Tax

  • Donazzjoni lis-Santwarju: €10 kull persuna. Din tinġabar mit-tour leader f’Lourdes.

Notes

Il-kmamar huma disponibbli sa’ l-10 ta’ filgħodu fit-08 t'April. 

Itinerary

Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fl-4.10am għaċ-check in. Fis-6.10am nitilqu fuq titjira tar-Ryanair li twassalna fl-ajruport ta’ Toulouse fit-8.30am. Minn hawn nitilqu bil-kowċ privat lejn Lourdes. Kif naslu, jkollna l-pranzu fil-lukanda u sistemazzjoni fil-kmamar ġewwa l-lukanda Christina. Wara, nagħmlu l-mixja tal-Via Crucis fuq l-għolja de l’Espeluges u inżuru l-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernardette Soubirous. Inżuru wkoll it-tliet Bażiliki u nieħdu ritratt ta’ tifkira flimkien. Ċena fil-lukanda.

Kolazzjon u llum ikollna eskursjoni optional ta’ jum sħiħ ġewwa Val D’Aran li huwa magħruf għan-natura tiegħu, l-arkitettura tipika u l-veduti spettakolari. Inżuru xi irħula tradizzjonali bil-knejjes tagħhom tal-ġebel u toroq dojoq. Ikollna wkoll ħin liberu għal mixja żgħira f’wieħed mill-irħula sbieħ tal-wied. Filgħaxija niċċenaw fil-lukanda

Kolazzjon u nibdew il-ġurnata billi nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X, biex niċċelebraw jum il-Għid. Pranzu fil-lukanda u wara nofsinhar ikollna eskursjoni optional għal Pont d’Espagne li jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Matul din l-eskursjoni fuq il-muntanji, nitpaxxew b’xenarju mill-isbaħ u naraw ħafna kaskati meraviljużi bl-ilma nieżel b’veloċita’ kbira. Ċena fil-lukanda u wara nieħdu sehem fil-purċissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bazilika tar-Rużarju. F’din il-purċissjoni, il-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom waqt li jingħad ir-rużarju.

Wara l-kolazzjon, jkollna eskursjoni optional għal Pau. Nimxu tul il-Boulevard des Pyrénées u nduru r-raħal storiku b’toroq pittoreski u ħwienet lokali. Nippranzaw fil-lukanda u wara nagħmlu mixja madwar Lourdes u fejn ikun possibili nżuru diversi postijiet ta’ nteress konnessi ma’ Santa Bernardette, fosthom il-Mitħna Boly (fejn twieldet u għexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’ħabs abbandunat fejn għexet mal-familja matul id-dehriet) u l-knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ (fejn tgħammdet). Filgħaxija niċċenaw fil-lukanda.

Kolazzjon u llum ikollna eskursjoni optional ta’ jum sħiħ f’St Jean de Luz u Col d’Ibardin. F’St Jean de Luz, li hija belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola, inżuru ċ-ċentru storiku u x-xtajta tal-post. Imbagħad immorru Col d’Ibardin minfejn naraw veduti mill-isbaħ u jkollna ħin għal ftit shopping. Filgħaxija niccenaw fil-lukanda.

Kolazzjon u jkollna quddiesa f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Pranzu fil-lukanda segwit minn eskursjoni optional għal Gavarnie, fejn naraw ħafna veduti meraviljuzi. Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, b’għoli ta’ 1357m ‘l fuq mill-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon, fejn ingawdu veduta mill- aqwa. Niċċenaw fil-lukanda u wara nitilqu lejn l-ajruport ta’ Lourdes biex fil-10.45pm nitilqu fuq titjira tar-Ryanair li twassalna Malta fis-1.10am (Il-Ħamis, 09 t’April). (Nota: Il-kmamar huma disponibbli sa’ l-10 ta’ filgħodu.)

FAQ

We offer a variety of tours including city tours, cultural & historical tours, family-friendly, pilgrimages, nature-related tours, gourmet, sports & entertainment events and more.

The online brochure is available to download from our brochure page

Please click on the Terms & Conditions link in our footer

You can book our tours directly through our website using our online booking system, call our customer service line, or visit one of our offices.

We might have specials from time to time. Please contact our sales team for more details.

We accept all major credit cards and bank transfers. Payment details will be provided during the booking process.

We recommend bringing comfortable clothing, suitable footwear for walking, a hat, sunscreen, a water bottle, and any personal medication needed. Specific details for each tour are provided in your booking confirmation.

Many of our tours are family-friendly and suitable for all ages. For more physically demanding tours, we provide clear guidelines on suitability and possible alternatives for seniors or families with young children.

What safety measures do you implement on your tours? A: Your safety is our priority. All our tours are accompanied by experienced guides trained in first aid. We regularly assess and update our safety protocols to adapt to local conditions.

Each tour participant will be given the contact details of the tour leader and local Britannia Tours office.

We greatly appreciate feedback and encourage you to fill out the feedback form sent via email after your tour. Alternatively, you can contact our customer service directly to share your thoughts.

From799

Info

Price for 1 adult in Triple/Quad Sharing(as applicable)

€400/per child

Room 1 Detail
Why Book With Us?
  • Convenient and secure online booking

  • Exciting Curated Itineraries

  • Centrally Located Hotels

  • Over 40 years of Experience