lourdes-summer

Lourdes & Costa Brava
(10 Days)

Departure & Return Date/s
  • 31 Aug - 09 Sep 2026

Visiting
  • Lourdes

  • Gavarnie

  • Col d'Ibardin

  • St Jean de Luz

  • Pont d'Espagne

  • Carcassonne

  • Lloret de Mar

  • Barcellona

  • Tossa de Mar

  • Montserrat

Excursions
  • Gavarnie (Adult: €30 / Child: €15)

  • Col d’Ibardin & St Jean d’Luz (Adult: €49 / Child: €25)

  • Pont d’Espagne (Adult: €30 / Child: €15)

  • Barcelona City Tour (Adult: €55 / Child: €30)

  • Monteserrat (entratura inkluża) (Adult: €55 / Child: €25)

  • Tossa De Mar/Mataro (Adult: €35 / Child: €15)

What's Included
  • Titjira mal-KM Malta Airlines Malta/Lourdes inkluż 20kg checked-in luggage

  • Titjira mar-Ryanair Barcelona/Malta inkluż bagalja ta 20kg

  • Akkomodazzjoni għal 5 iljieli fil-Hotel Christina 3*** f’Lourdes jew simili

  • 4 iljieli fil-lukanda 4-star Acapulco f'Lloret de Mar (jew simili)

  • Trasferimenti ajruport/lukanda/ajruport

  • Trasferiment Lourdes/Lloret de Mar, b’waqfa f’Carcassonne

  • Servizz ta’ Tour Leader

  • Servizz ta’ Direttur Spiritwali

  • Taxxi tal-ajruporti u s-service charge

  • Insolvency fund

What's Not Included Prices might vary slightly due to currency exchange
  • City Tax

  • Donazzjoni lis-Santwarju: €10 kull persuna. Din tinġabar mit-tour leader f’Lourdes.

Photos

Itinerary

Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fit-3pm u b’titjira diretta mal-KM Malta Airlines, fil-5.30pm nitilqu għal Lourdes. Fit-7.55pm naslu Lourdes u nirkbu l-coach li teħodna il-Lukanda Christina fejn ikollna s-sistemazzjoni tal-kmamar u nistrieħu għal-lejl.

Filgħodu wara l-kolazzjon, ikollna quddiesa u wara nagħmlu l-ewwel żjara fil-Grotta u t-Tliet Bażiliki. Nibdew il-mawra tagħna bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Inkomplu bil-programm billi naraw u fejn ikun possibbli nżuru diversi postijiet ta’ nteress konnessi ma’ Santa Bernadette, fosthom il-Mitħna Boly (fejn twieldet u għexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’ħabs abbandunat fejn għexet flimkien mal-familja matul id-dehriet) u l-Knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu. Pranzu u ċena (extra) fil-lukanda u wara fid-9.00pm nieħdu sehem, bhala grupp, fil-Purcissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bażilika tar-Rużarju. F’din il-purċissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom u jingħad ir-rużarju.

Wara l-kolazzjon niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/ kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bażiliki. Inkomplu bil-programm billi nagħmlu l-mixja tal-Via Sagra. Pranzu (extra) u wara optional excursion għal Gavarnie, eskursjoni verament sabiħa li matulha naraw ħafna veduti meraviljużi. Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mill-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon fejn ingawdu veduta mill-aqwa. Hekk kif naslu Gavarnie nistgħu nagħmlu mixja qalb xenarju mill-isbaħ jew min irid jista’ anke jieħu rikba fuq xi żiemel. Ċena fil-lukanda (extra).

Kolazzjon u wara eskursjoni optional ta’ ġurnata għal Col d’Ibardin u St Jean de Luz. Minn Col d’Ibaldin naraw veduti mill-isbaħ u anke nkunu nistgħu nagħmlu xi xiri. Wara mmorru St Jean de Luz, belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola. Inżuru ċ-ċentru storiku u l-bajja kbira tal-post. Ikollna ħin liberu li matulu nkunu nistgħu nkomplu ngawdu ċ-ċentru tal-belt, fejn insibu l-aqwa ristoranti li jservu ikel bnin tal-baħar, u x-xtajta meraviljuża tal-post. Ċena fil-lukanda (extra).

Kolazzjon u wara fid-9.30am nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bażilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara l-pranzu (extra) ikollna optional excursion għal Pont d’Espagne li jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Eskursjoni fuq il-muntanji fejn nitpaxxew b’xenarju mill-isbaħ u naraw ħafna kaskati meraviljużi bl-ilma nieżel b’veloċità kbira. Dan il-post huwa popolari ħafna ma’ dawk li jħobbu jmorru mountain climbing. Ċena fil-lukanda (extra).

Kmieni wara l-kolazzjon naqbdu t-triq lejn Lloret de Mar - Costa Brava. Matul il-vjaġġ tagħna nagħmlu waqfa f’Carcassonne, waħda mill-iktar bliet storici u spettakolari fi Franza.Naslu fil-Lukanda Acapulco jew simili, filgħaxija. Sistemazzjoni tal-kmamar u wara ċ-ċena fil-lukanda (extra).

Malli nlestu l-kolazzjon, eskursjoni optional ta’ jum li teħodna fil-kapitali ta’ dan ir-reġjun, Barċelona. Inżuru fost oħrajn Catalunya Square, Ramblas, Sagrada Famiglia u Mont Juic minfejn wieħed jista’ jgawdi veduta panoramika ta’ Barcelona. Wara nofsinhar ħin liberu ghal personal sightseeing. Nissuġġerixxu żżuru l-famuż Aquarium (dħul extra) li qiegħed viċin il-Monument ta’ Cristoforo Colombo. Ċena fil-Lukanda (extra).

Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni optional għal Montserrat, li qiegħed f’għoli ta’ 1236 metru ‘il fuq mill-wied u hemmhekk inżuru l-Bażilika majestuża tal-Benedittini li hija ddedikata lil “La Moreneta” (Il-Verġni s-Sewda) Padruna tal-Katalonja. Xenarju spettakolari kemm aħna u telgħin kif ukoll meta nkunu hemm fuq. Wara nofsinhar nirritornaw Lloret de Mar u ikollna ħin liberu li matulu, flimkien mat-tour leader, inkunu nistgħu niskopru aktar dwar dan il-post tant sabiħ. Nirritornaw fil-lukanda għaċ-ċena (extra).

Wara l-kolazzjon, ikollna eskursjoni optional li tehodna biex inzuru Tossa de Mar, belt magħrufa għall-bajjiet sbieħ tagħha, it-torrijiet u t-toroq ħelwin tal-Belt il-qadima storika. Wara nofsinhar inżuru l-kumpless tax-Xiri ta’ Mataro, fejn insibu ‘l fuq minn 80 ħanut u ristorant. Nirritornaw fil-lukanda għaċ-ċena (extra).

Kolazzjon, check out mill-kmamar u hin liberu sakemm nitilqu mill-lukanda għall-ajruport ta’ Barċelona ghat-titjira mal-Ryanair li titlaq fil-4.30pm u naslu Malta fis-6.45pm.

FAQ

We offer a variety of tours including city tours, cultural & historical tours, family-friendly, pilgrimages, nature-related tours, gourmet, sports & entertainment events and more.

The online brochure is available to download from our brochure page

Please click on the Terms & Conditions link in our footer

You can book our tours directly through our website using our online booking system, call our customer service line, or visit one of our offices.

We might have specials from time to time. Please contact our sales team for more details.

We accept all major credit cards and bank transfers. Payment details will be provided during the booking process.

We recommend bringing comfortable clothing, suitable footwear for walking, a hat, sunscreen, a water bottle, and any personal medication needed. Specific details for each tour are provided in your booking confirmation.

Many of our tours are family-friendly and suitable for all ages. For more physically demanding tours, we provide clear guidelines on suitability and possible alternatives for seniors or families with young children.

What safety measures do you implement on your tours? A: Your safety is our priority. All our tours are accompanied by experienced guides trained in first aid. We regularly assess and update our safety protocols to adapt to local conditions.

Each tour participant will be given the contact details of the tour leader and local Britannia Tours office.

We greatly appreciate feedback and encourage you to fill out the feedback form sent via email after your tour. Alternatively, you can contact our customer service directly to share your thoughts.

From839

Info

Price for 1 adult in Triple/Quad Sharing(as applicable)

€400/per child

Room 1 Detail
Why Book With Us?
  • Convenient and secure online booking

  • Exciting Curated Itineraries

  • Centrally Located Hotels

  • Over 40 years of Experience