Lourdes

Starting from
Price
€599 per person
Duration
5 Days
Travellers
35+
  • Information

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Lourdes Airport

Pellegrinaġġi f’Lourdes

5 ijiem sħaħ

INŻURU:
Lourdes, Gavarnie, St. Jean de Luz, Col d’Ibardin, Grotti ta’ Betherram u Pont d’Espagne

Grupp 1     21 – 26 t’Awwissu
Grupp 2      4 – 9 ta’ Settembru

MINN:
€599

IS-SIBT:
Niltaqghu mat-tour leader fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fil-
4.30pm biex naghmlu h-check in. Nitilqu fis-6.30pm fuq it-titjira tal-Air Malta li twassalna f’Lourdes fid-9.05pm. Sistemazzjoni fil-kmamar u hin ghall-mistrieh.

IL-HADD:
Nibdew il-mawra taghna f’Lourdes bi zjara fil-Grotta ta‘ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niççelebraw l-Ewkaristija f’wahda mid-diversi kappelli li jinstabu vicin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jiehu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bazilika. Inkomplu billi nzuru t-tlett Baziliki u wara naghmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-gholja de l’Espeluges. Pranzu fil-lukanda u wara nofsinhar ikollna eskursjoni optional ghal Gavarnie, villagg helu qalb il-muntanji li jinsab 32 mil ‘l boghod minn Lourdes u 1,360 metru ghola mill-bahar. Qabel ma naslu, nieqfu fuq Pont du Napoleon ghal veduta mill-aqwa. Gavarnie jinsab fir-regjun ta’ Hautes-Pyrenees u jghixu fih madwar 180 persuna biss. Hawn li tispikka ferm hi l-kaskada gholja 422 metru li minnha tibda x-xmara Gave li tghaddi minn quddiem il-Grotta ta’ Massabielle. Fil ghaxija cena fil-lukanda u niehdu sehem fil-purcissjoni Aux Flambeaux.

IT-TNEJN:
Kolazzjon u wara jkollna eskursjoni optional ta’ jum shih ghal St. Jean de Luz u Col d’Ibardin. St. Jean de Luz hija belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola. Inzuru c-centru storiku fejn naraw bini antik b’tahlita bilançjata t’arkitettura Spanjola u Gharbija u nzuru wkoll il-knisja ta’ San Gwann Battista. Hemm ukoll port tas-sajjieda mdawwar b’hafna ristoranti li jispeçjalizzaw f’ikel tal-hut. Wara nitilghu fuq l-gholja ta’ Col d’Ibardin li qieghed fuq il-fruntiera bejn Franza u Spanja u minhabba d-differenza ta’ taxxi bejn dawn iz-zewg pajjizi, insibu diversi hwienet li jbighu bi prezzijiet irhas. Hawnhekk ikollna hin liberu biex ingawdu l-veduti spettakolari u anke naghmlu xi shopping. (Nota: Illum ma jkollnix pranzu.) Filghaxija niccenaw fil-lukanda u wara celebrazzjoni tal-quddiesa.

IT-TLIETA:
Kolazzjon u niccelebraw il-quddiesa. Wara nzuru l-aktar postijiet interessanti f’Lourdes fosthom il-Mithna Boly (fejn twieldet), il-Cachot (fejn ghexet matul zmien id-Dehriet) u l-Knisja Parrokkjali ddedikata lill-Qalb ta’ Gesù (fejn tghammdet). Pranzu fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni ghall-Grotti ta’ Betherram, meqjusa bhala whud mill-isbah fid-dinja minhabba l-varjetà interessanti ta’ stalegmiti u stalektiti. Filghaxija niccenaw fil-lukanda u hin liberu.

L-ERBGHA:
Kolazzjon u fid-9.30am niehdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taht l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara mmorru naraw DVD dwar il-Messagg ta’ Lourdes. Pranzu fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni optional Pont d’Espagne li qieghed ftit ‘il-barra mill-belt ta’ Cauterets u jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Naraw hafna kaskati sbieh bl-ilma niezel b’velocità qawwija. Fil ghaxija niccenaw fil-lukanda.

IL-HAMIS:
Kmieni fil ghodu mmorru fil-banjijiet li qeghdin viçin il-Grotta u hemm naghmlu t-talb taghna. L-ilma tal-banjijiet jitwassal minn nixxiegha li qeghda fil-Grotta, proprju halli titwettaq l-istedina tal-Madonna biex wiehed jinzel fl-ilma, jirrikoncilja u jitlob ghall-intenzjonijiet tieghu. Pranzu fil-lukanda u hin liberu. Fil-5.00pm checkout mill-kmamar u cena. Nitilqu lejn l-ajruport ta’ Lourdes minfejn fis-02.15am nitilqu b’titjira tal-Air Malta li twassalna lura pajjizna fil-04.40am (sbiegh il-Gimgha).

PREZZ KULL PERSUNA:

€599    Kbar f’kamra trippla
€609    Kbar f’kamra doppja
€709    Kbar f’kamra singola
€389    Tfal (2 sa’ 5 snin) ma’ 2 adulti
€439    Tfal (6 sa’ 10 snin) ma’ 2 adulti

PREZZ JINKLUDI:

Titjiriet diretti mal-Airmalta: Malta/Lourdes/Malta
Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
Akkomodazzjoni gœal 5 iljieli f’lukanda 3*** superior Lys de Marie jew simili f’Lourdes
Kmamar kollha bis-servizzi privati
5 kolazzjonijiet, 4 pranzi u 5 çeni
Servizz ta’ tour leader
Servizz ta’ Direttur Spiritwali
It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
Insolvency Fund

ESKURSJONIJIET

TFAL IHALLSU NOFS PREZZ
€29 Gavarnie
€39 St. Jean de Luz/Col d-Ibardin
€36 Grotti ta’ Betherram (entr. Inkluza)
€29 Pont d’Espagne

MHUX INKLUŻ FIL-PREZZ

Is-City Tax ta’ Lourdes ta’ €1.50 kull adult kull lejl li tithallas direttament fil-Lukanda
Donazzjoni lis-Santwarju: €2.50 (kull persuna, kuljum)

* Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-prezzijiet
Il-hinijiet tat-titjiriet huma suggetti ghal tibdil.

Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

Lourdes

Price
€599 per person
Duration
5 Days
Travellers
35+

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *