- Information
- Similar Tours
What's included
Bella Italia
Inzuru:
Siena, Montecatini, Firenze, Pisa, Padova, Venezja, Sirmione, Lago di Garda, Verona, Bologna, San Marino, Assisi, Ruma, il-Vatikan u Tivoli
Dati: 4 sa 13 ta’ Lulju
IT-TNEJN, 4 TA’ LULJU
Niltaqgħu l-ajruport fil-5.05am għat-titjira tal-Air Malta li titlaq fis-7.35am.
Mal-wasla f’Ruma fid-9.00am, insibu l-kowċ li toħodna Montecatini via Siena, fejn se nżuru Piazza del Campo, il-Palazz u l-Katidral.
Inkomplu triqitna għal Montecatini, u kif naslu nagħmlu s-sistemazzjoni tal-kmamar.
Wara ċ-ċena (extra), nistgħu mmorru dawra mat-tour leader.
IT-TLIETA, 5 TA’ LULJU
Illum immorru Firenze u Pisa (optional).
Ġo Firenze naraw, fost l-oħrajn, id-Duomo, Piazza Signoria u Ponte Vecchio.
Se jkun hemm ħin għal żjarat personali qabel naqbdu t-triq għal Pisa fejn inżuru Piazza dei Miracoli u l-famuż Torri ta’ Pisa.
L-ERBGĦA, 6 TA’ LULJU
Naqbdu t-triq għal Padova fejn se nagħmlu jumejn.
Wara li jkollna sistemazzjoni tal-kmamar fil-lukanda, nippranzaw (extra) u jkollna xi ħin għall-mistrieħ.
Waranofsinhar, immorru Venezja (optional) bit-tragetto u nżuru Piazza San Marco, Ponte Rialto u postijiet oħra ta’ interess.
IL-ĦAMIS, 7 TA’ LULJU
F’Padova (optional) nżuru, fost postijiet oħra, Prato della Valle, li hi l-akbar pjazza flItalja, u l-Bażilika ta’ Sant’Antnin.
F’dan it-tempju tinħass il-qdusija tal-post speċjalment mal-qabar tal-qaddis u fil-Kappella tar-Relikwi.
Wara se jkollna ħin liberu qabel nippranzaw (extra) fil-lukanda. Waranofsinhar għandna optional excursion għal Sirmione fuq Lago di Garda, u jkollna ħin nieħdu cruise (extra).
Wara nżuru Verona u naraw l-Arena, id-dar ta’ Ġuljetta u bini storiku ieħor.
IL-ĠIMGĦA, 8 TA’ LULJU
Nitilqu minn Padova għal Bologna. Kif naslu jkollna s-sistemazzjoni tal-kmamar u ħarġa mat-tour leader f’din il-belt magħrufa għall-istorja u l-kultura.
IS-SIBT, 9 TA’ LULJU
Illum se jkollna eskursjoni optional f’San Marino.
Hawnhekk naraw il-Kastell, ilPalazz tal-Gvern u l-Katidral Del Santo.
IL-ĦADD, 10 TA’ LULJU
Illum inħallu Bologna għal Ruma via Assisi, fejn nagħmlu waqfa li matulha nżuru postijiet t’interess f’din il-belt ta’ San Franġisk, fosthom il-Porzjuncola – kappella żgħira bi storja kbira.
Din tinsab fil-Bażilika tal-Madonna tal-Anġli, proprju fejn miet San Franġisk fit-3 ta’ Ottubru, 1226.
Inżuru wkoll it-Tliet Bażiliki fejn hemm midfun San Franġisk.
Hekk kif naslu Ruma jkollna sistemazzjoni tal-kmamar.
IT-TNEJN, 11 TA’ LULJU
Illum għandna ċ-ċans li mmorru eskursjoni optional ġol-Vatikan u f’Ruma.
IlVatikan ikollna ħin biżżejjed fejn matulu nżuru dan ittempju tant magħruf.
Inkomplu b’dawra f’Ruma u nżuru Piazza Venezia, il-Monument ta’ Vittorio Emmanuele II, il-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore, il-Kolossew u oħrajn (minħabba ċirkostanzi dwar restrizzjoni tar-regolamenti tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Ruma, parti minn din id-dawra ssir bit-trasport pubbliku [extra] u l-kumplament bil-mixi).
IT-TLIETA, 12 TA’ LULJU
Nibdew b’nofstanhar liberu għax-xiri u għal żjajjar personali.
Waranofsinhar immorru għall-optional excursion li toħodna nżuru l-ġonna ta’ Tivoli (dħul extra).
Hawnhekk nammiraw in-numru bla qies ta’ funtani fejn insibu l-magħrufa mogħdija tal-100 funtana.
Dan il-ġnien hu mżejjen ukoll bi statwi, monumenti u fjuri.
Nirritornaw il-lukanda, u filgħaxija noħorġu dawra mat-tour leader.
L-ERBGĦA, 13 TA’ LULJU
Wara l-kolazzjon ikollna ġurnata libera għall-aħħar li nistgħu niddedikawha għax-xiri u żjajjar personali.
Check-out mill-kmamar isir filgħodu.
Staqsu lit-tour leader dwar il-possibilità li l-kmamar jinżammu sal-ħin tat-tluq mil-lukanda (ħlas extra).
Filgħaxija nħallu l-lukanda u mmorru għallAjruport ta’ Ruma minn fejn b’titjira tal-Air Malta fl10.00am nitilqu għal Malta fejn naslu fil-11.25am.
PREZZ KULL PERSUNA
*€629 / € 729 Kbar f’kamra trippla
*€679 / €779 Kbar f’kamra doppja
*€919 / € 1019 Kbar f’kamra singola
*€549 / €649 Tfal ma’ żewġ adulti sa 10 snin
Half Board (4 ikliet) €72
*Prezz speċjali meta jittieħdu l-half board u l-eskursjonijiet kollha
PREZZ JINKLUDI
Titjiriet diretti bir-ritorn mal-Air Malta: Malta/Ruma/Malta
2 iljieli f’Montecatini – Grand Hotel Tettuccio 4-stilel jew simili
2 iljieli f’Padova – Hotel M14 3-stilel jew simili
2 iljieli f’Bologna – Zanhotel Regina 3-stilel jew simili
3 iljieli f’Ruma – Hotel Torino 4-stilel, jew simili
Kmamar kollha bis-servizzi privati
9 kolazzjonijiet u 4 ikliet (2 Montecatini u 2 Padova)
Eskursjonijiet b’xejn għal Siena u Assisi
Trasferimenti bil-kowċ: ajruport/ lukanda/ajruport
Servizz ta’ tour leader
It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
Insolvency fund
ESKURSJONIJIET
€43 /€22 Firenze/Pisa
€54 /€29 Venezja (Traghetto inkluż)
€19 / €10 Padova
€42 / €21 Sirmione/Verona
€42 / €21 San Marino
€42 / €21 Vatikan/Ruma
€34 / €17 Tivoli (entratura extra)
MHUX INLUŻ FIL-PREZZ
Is-City Tax mhux inklużi fil-prezz. Dawn it-taxxi jitħallsu direttament fil-lukandi, minn kull persuna għal kull lejl: Montecatini €1.40; Padova €1.90; Bologna €3; Ruma €6
Lago di Garda cruise €10 kull persuna
Villa d’Este – Tivoli €12 kull persuna