L-Art Imqaddsa

Starting from
Price
€1299 per person
Duration
8 Days
Travellers
35+
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Tel Aviv Airport

L-Art Imqaddsa
INŻURU Nazaret, Betlem u Ġerusalemm

30 t’Awwissu – 6 ta’ Settembru

Minn:
¢1299

It-tnejn, 30 ta Awissu:
Niltaqghu l-ajruport fis-1.35pm biex fl-4.35pm nitilqu fuq titjira tal-Air Malta li twassalna fl-ajruport ta’ Tel Aviv fit-8.10pm. Minn hawn nitilqu lejn il-lukanda taghna
f’Nazaret, sistemazzjoni tal-kmamar u nistriehu ghal-lejl.

It-tlieta, 31 ta Awissu:
Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni f’Nazaret fejn inzuru l-Bazilika tal-Annunzjazzjoni u jkollna quddiesa. Nidhlu fil-Grotta fejn l-Anglu Gabriel habbar lil Sidtna Marija
li kellha ssir Omm Alla. Naraw ukoll il-knisja ta’ San Guzepp, il-Muzew tal-Arkeologija u s-Santwarju tal-Anglu Gabriel kif ukoll is-Sinagoga u l-Ispiera tal-Madonna. Wara
nitilqu lejn Kana fejn inzuru s-Santwarju fejn Gesù ghamel l-ewwel miraklu. Hawn il-mizzewgin igeddu l-weghdiet taz-zwieg taghhom f’riglejn l-Artal.

L-erbgha , 1 ta Settembru:
Wara l-kolazzjon, inzuru l-knisja tal-Bejatitudnijiet li tinsab fuq gholja. Ikollna quddiesa u wara mmorru Tabgha fejn Gesù ghamel il-miraklu tal-5 hobziet u 2 hutiet.
Inzuru s-Santwarju u Kafarnahum, il-belt ta’ Gesù. Naraw is-Santwarju tal-Primat, mibni fl-1934 fuq il-post fejn Gesù deher lid-dixxipli tieghu. Pranzu u wara permezz ta’
dghajsa naqsmu l-bahar tal-Galilea. Wara mmorru Tiberias u nheddu l-Weghdiet tal-Maghmudija fuq ix-Xmara Jordan.

Il-Hamis , 2 ta Settembru:
Kolazzjon u wara jkollna eskursjoni gœal Mount Tabor, 1900 pied ‘l fuq mill-bahar. Din hija l-iktar muntanja pittoreska fil-Galilea minfejn tista’ tara l-muntanji tas-
Sirja, il-Jordan u parti sostanzjali ta’ Izrael. Wara mmorru Haifa, it-tielet l-akbar belt ta’ Izrael li sservi wkoll bhala l-port principali ta’ Izrael u fl-istess hin
qeghda fl-isbah bajja tal-kosta Mediterranja. Fuq l-gholja ta’ Haifa insibu l-Ordni tal-Karmelitana u naraw l-ghar fejn kien jghix il-Profeta Elija. Wara nkomplu telghin
il-muntanja sa post maghruf bhala l-Muhraqa, fejn Elija offra s-sagrifiççju tieghu ‘l Alla quddiem 450 qassis.

Il-Gimgha , 3 ta Settembru:
Illum wara l-kolazzjon nitilqu minn Nazaret fi triqitna lejn Jerusalemm billi nghaddu mid-dezert tal-Judea lejn Jeriko, l-eqdem belt abitata fid-dinja. Hawn ser nersqu qrib
Mount Quarantel, il-Muntanja tat-Tentazjoni, fejn Gesù qatta’ 40 jum isum u fejn ittantah ix-xitan. Inzuru l-Qumran Caves, gherien li fihom instabu d-Dead Sea Scrolls. Wara
nzuru l-Knisja tar-Raghaj it-Tajjeb fejn ikollna quddiesa. Minn hawn inkomplu triqitna lejn il-Bahar il-Mejjet fejn min irid jista’ jghum f’dak l-ilma mielah – esperjenza
unika. Sistemazzjoni fil-lukanda f’Jerusalemm u nistriehu ghal-lejl.

Is-Sibt, 4 ta Settembru:
Kolazzjon u wara jkollna eskursjoni ta’ gurnata f’Betlem. Naghmlu waqfa f’Bethanja u wara nzuru s-Santwarju tal-Grotta tal-halib u s-Santwarju tar-Rghajja, mibni fuq sit
fejn l-Angli habbru t-twelid ta’ Gesù lir-Rghajja. Wara nzuru fost l-ohrajn il-Bazilika tan-Natività, fejn twieled il-Bambin Gesù. Ninzlu fil-Grotta taht l-Altar Maggur
fejn naraw l-Istilla tal-Fidda li tikkommemora dan it-twelid u naraw ukoll il-post fejn kien hemm il-maxtura li fiha twieled il-Bambin.

Il-Hadd, 5 ta Settembru:
Illum inqattghu jum iehor f’Jerusalemm fejn nattendu ghall-quddiesa kmieni fil ghodu fil-Bazilika tal-Qabar ta’ Kristu. Hawn naraw ukoll il-Kalvarju fejn Gesù kien
imsallab, kif ukoll l-Irhama li fuqha dilku l-gisem mejjet ta’ Gesù u l-qabar fejn kien gie midfun. Imbaghad immorru fil-Kwartieri tal-Lhud fejn insibu The Western Wall,
maghruf ahjar bhala The Wailing Wall. Inzuru wkoll id-Dormition Church of Our Lady, il-post fejn mietet il-Madonna, u l-GalliCantu – il-Palazz tal-Qassis il-Kbir fejn San
Pietru cahad lil Kristu. Wara nzuru c-cenaklu fuq l-gholja ta’ Sijon, fejn Gesù kellu l-aœhhar cena. Naraw ukoll il-knisja li hija mibnija fuq is-sit fejn hu maghruf li
hemm il-qabar tal-Madonna u minfejn telghet is-sema. Naraw ukoll il-Grotta tal-Appostli u nkomplu l-eskursjoni taghna f’Gerusalemm fil-Via Dolorsa, fejn naraw il-knisja ta’
Sant’Anna u l-knisja tal-Flaggellazzjoni. Minn hawn nibdew il-Via Sagra li twassalna fil-Bazilika tal-Qabar ta’ Kristu.

It-Tnejn, 6 ta Settembru:
Illum inzuru l-Gholja taz-Zebbug, il-Moskea tal-Axxensjoni, is-Santwarju tal-Pater Noster, id-Domus Flevit, il-Bazilika tal-Jetsemani u l-villagg pittoresk ta’ Ein Karem.
Inzuru wkoll l-post fejn twieled San Gwann Battista u l-knisja tal-Vizitazzjoni. Wara nibqghu sejrin lejn l-ajruport ta’ Tel Aviv minfejn fid-9.10pm nitilqu fuq titjira
tal-Air Malta li twassalna lura pajjizna fl-11.15pm.

Prezz Kull Persuna:

Adult f’kamra trippla €1299
Adult f’kamra doppja €1339
Adult f’kamra singola €1659

Prezz jinkludi:
Titjira mal-Air Malta ghal Tel aviv u lura
Akkomodazzjoni gœal 4 iljieli f’Nazaret u 3 iljieli Jerusalemm fuq bazi half board
7 pranzi f’ristoranti
Trasferimenti u eskursjonijiet kollha skont il-programm
Direttur Spiritwali u Tour Leader
Gwidi tal-lokal bl-Ingliz
Entraturi kollha
Taxxi, tips tal-gwidi u driver kollha
Insolvency Fund

Starting from
From €469 €369
Starting from
From €673 €573
Starting from
From €1299
Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

L-Art Imqaddsa

Price
€1299 per person
Duration
8 Days
Travellers
35+

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *