Lake District, Blackpool u Scotland

Starting from
Price
€939 per person
Duration
10days
Travellers
35+
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Edinburgh Airport

Lake District, Blackpool u Scotland
INŻURU Blackpool, Windermere, Ambleside, Keswick, Llangollen, Llandudno, Chester, Liverpool, Gretna Green, Glasgow, Fort William, Fort Augustus, Edinburgh, Military Tattoo,
Loch Lomond u Oban

Eskursjoni b’xejn għal Gretna Green

Grupp 1      3 – 12 t’Awwissu
Grupp 2    10 -19 t’Awwissu

Minn
€939

L-ewwel gurnata:
Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fil-5.30am ghat-titjira mal-Air Malta li titlaq fis-7.30am u naslu Manchester fl-10.05am. Mal-wasla nsibu coach li tehodna Blackpool u kif naslu l-lukanda jkollna sistemazzjoni tal-kmamar. Iktar tard ninghaqdu mat-tour leader sabiex nesperjenzaw ftit Blackpool, wiehed mill-aktar postijiet li jattratta turisti fl-Ingilterra. L-iktar attrazzjonijiet popolari huma Pleasure Beach Blackpool u Blackpool Tower, ghalkemm il-belt fiha bosta attrazzjonijiet ohra fosthom it-tliet mollijiet, amusement arcades u z-zona pedonali tal-promenade.

It-tieni gurnata:
Dal ghodu nitilqu minn Blackpool ghall-optional excursion ta’ jum li tehodna fil-Lake District. Naghmlu waqfa go Windermere fejn ikollna cans naghmlu cruise (mhux inkluza) fuq din l-ghadira famuza, billi naqsmu minn Bowness ghall-Ambleside. Hemm insibu l-coach. Naghmlu mixja qasira fit-triq prinçipali biex naraw il-watermills tal-imghoddi li kienu jahdmu bl-ilma tax-xmara Rothay li taqsam dan il-villagg. Wara li nitilqu minn Ambleside nagmlu waqfa oœra f’Keswick, wiehed mill-isbaœ villaææi fil-Lake District.

It-tielet gurnata:
Nibdew il-gurnata taghna bl-optional excursion ta’ jum f’Wales. Il-vjagg bil-coach jghaddina minn hafna widien u muntanji pittoreski. Naghmlu waqfa qasira fir-rahal ta’ Llangollen u naghmlu zjara lil Llanberis, fejn wiehed anke jkun jista’ jirkeb it-tren li tahdem bil-faham (mhux inkluza). Inkomplu bid-dawra taghna fil-Park Nazzjonali li jinsab taht l-ghola muntanja f’Wales, Snowdonia. Waqfa interessanti ohra tkun fir-resort popolari ta’ Llandudno.

Ir-raba gurnata;’
Wara l-kolazzjon jkollna optional excursion ta’ nofstanhar fil-belt karatteristika ta’ Chester. Ikollna hin biex naraw id-djar antiki tal-injam u postijiet ohra ta’ interess, kif ukoll hin ghax-xiri mid-department stores. Nirritornaw lura Blackpool, hin liberu ghal sightseeing personali u tard wara nofsinhar immorru naraw show muzikali meraviljuz fuq is-silg fl-Arena Pleasure Park Blackpool (trasport u dhul mhux inkluzi).

Il-hames gurnata:
L-optional excursion tal-lum tehodna Liverpool, belt ta’ hafna attrazzjonijiet u maghrufa ghall-istorja tal-Beatles, ghal hafna stabbilimenti tax-xiri, hafna parks u muzewijiet. Il-coach tehodna ghal city tour fejn naraw fost l-ohrajn Albert Dock, The Cavern Quarter, Metropolitan Cathedral Mount Pleasant u l-ground tal-futbol t’Anfield. Ikollna wkoll hin liberu fejn wiehed jista’ jzur postijiet ohra ta’ interess jew imur ghax-xiri.

Is-sitt gurnata:
Illum inhallu Blackpool fi triqitna lejn Glasgow fl-Iskozja. Naghmlu waqfa fi Gretna Green, post tal-mahbubin mahruba! Mal-wasla taghna fil-lukanda ta’ Glasgow jkollna sistemazzjoni tal-kmamar, u wara ftit hin ta’ mistrieh u jekk it-temp jippermetti, naghmlu dawra mat-toroq principali ta’ Glasgow jew fuq Open top Double Decker Bus (mhux inkluz).

Is-seba gurnata:
L-optional excursion tal-lum tehodna Fort William. Fort William hija l-akbar belt fil-West Highlands tal-Iskozja u hija c-centru kummercjali ta’ Lochaber, zona maghrufa ghal xenarju mill-isbah u bi storja importanti. Fort William ghandha l-ghola muntanja fir-Renju Unit, Ben Nevis. Loch Morar huwa l-iktar lag fond, imdawwar b’widien, foresti u bajjiet. Wara nkomplu billi mmorru Fort Augustus, belt li tinstab mat-tarf ta’ Loch Ness. Hawnhekk naraw veduti spettakolari ta’ Loch Ness u tal-famuz Caledonian Canal. Fi triqtna lura nghaddu minn Glencoe u l-Highlands.

It-tmien gurnata:
Tard fil ghodu jkollna optional excursion ghal Edinburgh fejn wiehed jista’ jzur Princess Street u jara’ l-Katidral u l-Palazz Holyrood (dhul mhux inkluz), li huma mimlija storja. Hin liberu fejn wiehed igawdi l-atmosfera tal-festival fil-fringe li jkun hemm fir-Royal Mile. Fil ghaxija mmorru l-Kastell t’Edinburgh (mhux inkluz), mibni fis-seklu 12, fejn nassistu ghax-show spettakolari u tant mistenni, l-Military Tattoo. Nirritornaw lura l-lukanda tard bil-lejl, sbieh l-Erbgha.

Id-disgha gurnata:
L-optional excursion ta’ llum tehodna l-Highlands, fejn fost postijiet ohra nzuru Loch Lomond u anke jkollna cans naghmlu cruise (mhux inkluza) fuq din l-ghadira. Wara nkomplu t-triq ghall-villagg verament sabih ta’ Oban, post li jzuruh eluf kbar ta’ turisti minn kull naha tad-dinja. Inzuru distillerija tal-Whiskey (inkluza) u wara nirritornaw lura Glasgow.

L-ghaxar gurnata:
Fil ghodu kmieni nitilqu lejn l-ajruport ta’ Edinburgh, minn fejn titlaq it-titjira ta’ Ryanair fis-7.30am u naslu Malta fl-12.20pm.

* Il-postijiet fuq l-ajruplan jigu assenjati direttament mir-Ryanair. Jista’ jkun hemm xi hlas addizzjonali jekk tkun tixtieq l-postijiet fejn xulxin.

Prezz kull persuna:

* PREZZ SPEÇ.
*€939 / €1039     Kbar f’kamra trippla
*€999 / €1099    Kbar f’kamra doppja
*€1249 / €1349   Kbar f’kamra singola
*€599 / €699      Tfal ma’ zewg adulti
€99 Half Board (5 ikliet fi Blackpool)

* Prezz speçjali japplika meta jittieœdu l-half board u l-eskursjonijiet kollha

Prezz jinkludi:

Titjira mal-Air Malta ghal Manchester u titjira mar- Ryanair minn Edinburgh li jinkludu 10kg hand luggage u 20kg checked in luggage
5 iljieli f’lukanda Park House f’Blackpool jew simili
4 iljieli f’lukandna Premier Inn Glasgow City Centre – Riverside f’Glasgow jew simili
Il-kmamar bil-facilitajiet privati u TV
9 kolazzjonijiet
Eskursjoni b’xejn ghal Gretna Green
Trasferimenti mill-ajruport sal-lukanda u lura
Servizz ta’ tour leader
It-taxxi kollha
Insolvency Fund

Eskursjonijiet:

Adulti / Tfal
€43 / €22    Lake District
€47 / €22    Wales
€42 / €41    Chester
€42 / €21     Liverpool
€45 / €23    Fort William & Fort Augustus
€99 / €80    Edinburgh (Military Tattoo nkluz)
€65 / €45    Highlands & Oban(distillerija nkluza)

Mhux inkluz fil prezz:

Windermere cruise £9.00 kull persuna
Tren fl’Llanberis £29.00 kull persuna
Blackpool show TBA
Glasgow Open top Double-Decker £13.50 kull persuna
Palazz Holyrood £14.80 kull persuna
Kastell t’Edinburgh £17.00 kull persuna
Loch Lomond cruise £12.00 kull persuna

* Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-prezzijiet

 

Starting from
From €1279
Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

Lake District, Blackpool u Scotland

Price
€939 per person
Duration
10days
Travellers
35+

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *