Lourdes

Starting from
Price
€567 per person
Duration
5days
Travellers
35+
  • Information

What's included

Departure Location
Malta International Airport

Lourdes, fl-okkażjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni

6 – 10 ta’ Diċembru
8 ta’ Diċembru – Festa Pubblika

INŻURU:
Lourdes, Pau (Christmas Market), St Jean d’Luz u Col D’Ibardin

IT-TNEJN, 6 TA’ DIÇEMBRU:
Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport f’12.55 pm minn fejn, b’titjira diretta mar-Ryanair, fis-2.55pm nitilqu ghal Lourdes. Hekk kif fil-5.25pm naslu Lourdes insibu coach li tehodna fil-Lukanda Lys de Marie (3 star superior) jew simili. Sistemazzjoni tal-kmamar, çena u hin ghall-mistrieh.

IT-TLIETA, 7 TA’ DIÇEMBRU:
Kolazzjon u wara mmorru fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niccelebraw l-Ewkaristija f’wahda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu vicin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jieœu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Baziliki. Inkomplu bil-programm billi naghmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-gholja de l’Espeluges. Pranzu fil-Lukanda. Wara nofsinhar immorru naraw video dwar il-Messagg ta’ Lourdes, imbaghad naraw, u fejn ikun possibbli inzuru, diversi postijiet ta’ interess konnessi ma’ Santa Bernadette; fosthom il-Mithna Boly (fejn twieldet u ghexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’habs abbandunat fejn ghexet, flimkien mal-familja, matul id-dehriet) u l-Knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesù (fejn tghammdet). Cena fil-Lukanda.

L-ERBGHA, 8 TA’ DICEMBRU (FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI):
Kolazzjon u fid-9.30am, flimkien ma’ eluf ta’ pellegrini ohra ta’ kull gens, niehdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li tigi ccelebrata fil-Bazilika San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Pranzu u wara optional excursion ghal Pau. Il-belt ta’ Pau hija l-kapitali ta’ Bearn u famuza ghaliex fiha kien jhœix Enriku IV, Re ta’ Franza u Navarra. Attrazzjoni specjali f’Pau f’dan iz-zmien huwa l-Christmas Market li jintrama kull sena. Nirritornaw lura l-lukanda fejn ikollna c-cena. Fid-9.00pm niehdu sehem bhala grupp fil-Purcissjoni Aux Flambeaux.

IL-HAMIS, 9 TA’ DICEMBRU:
Kolazzjon u wara optional excursion ta’ gurnata ghal St Jean de Luz u Col D’Ibardin. F’St Jean de Luz, li hija belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola, inzuru c-centru storiku u l-bajja kbira tal-post. Ikollna hin liberu li matulu nkunu nistghu nkomplu ngawdu c-centru tal-belt (fejn insibu l-aqwa restoranti li jservu ikel bnin tal-baœar) u x-xtajta meraviljuÿa tal-post. Wara mmorru Col D’Ibaldin minfejn naraw veduti mill-isbah u fejn inkunu nistghu naghmlu xi xiri. (Nota: Illum ma jkollnix pranzu jew Packed Lunch). Filghaxija, wara c-cena, jkollna c-celebrazzjoni tal-Quddiesa.

IL-GIMGHA, 10 TA’ DIÇEMBRU:
Kolazzjoni kmieni u wara nitilqu mill-Lukanda ghall-ajruport minn fejn fil-10.35am nitilqu ghal Malta fejn naslu fis-1.05pm.

Nota: Jista’ jkun hemm xi tibdil fil-programm tac-celebrazzjonijiet minhabba li meta gie ppreparat dan il-programm, kien ghadu ma giex ippubblikat il-programm ufficjali tas-Santwarju ta’ Lourdes.

PREZZ KULL PERSUNA:

LUKANDA LYS DE MARIE (3 STAR SUPERIOR)
€567  Adult f’kamra trippla
€577  Adult f’kamra doppja
€655  Adult f’kamra singola
€399  Tfal (2 sa’ 5 snin) ma’ zewg adulti
€429  Tfal (6 sa’ 10 snin) ma’ zewg adulti

PREZZ JINKLUDI:

Titjiriet diretti mar-Ryanair ghal Lourdes jinkludi 10kg bagalja
Coach Ajruport/Lukanda/Ajruport
Akkomodazzjoni fil-Lukandi Lys de Marie (3 star superior) jew simili
Il-kmamar kollha bis-central heating u s-servizzi privati
4 kolazzjonijiet, 2 pranzi u 4 ceni
Servizz ta’ Tour Leader
Servizz ta’ Direttur Spiritwali
It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
Insolvency Fund

Eskursjonijiet:

TFAL TAHT IT-12-IL SENA NOFS PREZZ
€20  Pau
€39  St Jean de Luz/Col d’Ibardin

Mhux inkluz fil-prezz:

Is-City Tax ta’ Lourdes mhux inkulza fil-prezz. Din it-taxxa, €1.50c kull lejl, kull persuna (minn 18 il-sena ’l fuq), tithallas direttament fil-Lukanda.
Id-donazzjoni lis-Santwarju: €10 kull persuna. Din tingabar mit-Tour Leader f’Lourdes.

* Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-prezzijiet

 

Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

Lourdes

Price
€567 per person
Duration
5days
Travellers
35+

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *