Lourdes

Price
€517 per person
Duration
5 days
Travellers
35+
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Toulouse Airport

Lourdes

Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni

5 – 9 ta’ Diçembru 2021
8 ta’ Dicembru – Festa Pubblika

INZURU Lourdes, Pau (Christmas Market), St Jean d’Luz u Col D’Ibardin

Il-Hadd, 5 ta’ Dicembru:
Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fl-4.25pm minn fejn, b’titjira diretta mar-Ryanair, fis-6.25pm nitilqu ghal Toulouse. Hekk kif fit-8.50pm naslu Toulouse insibu coach li tehodna Lourdes fil-Lukanda Lys de Marie (3 star superior) jew simili. Sistemazzjoni tal-kmamar u hin ghall-mistrieh.

It-Tnejn, 6 ta’ Dicembru:
Kolazzjon u wara mmorru fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niccelebraw l-Ewkaristija f’wahda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu vicin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jiehu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Baziliki. Inkomplu bil-programm billi naghmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-gholja de l’Espeluges. Pranzu u wara optional excursion ghal Pau. Il-belt ta’ Pau hija l-kapitali ta’ Bearn u famuza ghaliex fiha kien jghix Enriku IV, Re ta’ Franza u Navarra. Attrazzjoni specjali f’Pau f’dan iz-zmien huwa il-Christmas Market li jintrama kull sena. Nirritornaw il-Lukanda fejn ikollna c-cena.

It-Tlieta, 7 ta’ Dicembru:
Kolazzjon u wara Optional excursion ta’ gurnata ghal St Jean de Luz u Col D’Ibardin. F’St Jean de Luz, li hija belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola, inzuru c-centru storiku u l-bajja kbira tal-post. Ikollna hin liberu li matulu nkunu nistghu nkomplu ngawdu c-centru tal-belt (fejn insibu l-aqwa restoranti li jservu ikel bnin tal-bahar) u x-xtajta meraviljuza tal-post. Wara mmorru Col D’Ibaldin minfejn naraw veduti mill-isbah u fejn inkunu nistghu naghmlu xi xiri. (Nota: Illum ma jkollnix pranzu jew packed lunch.) Filghaxija, wara c-cena, jkollna c-celebrazzjoni tal-Quddiesa.

L-Erbgha, 8 ta’ Dicembru:
(Festa tal-Immakulata Kuncizzjoni) | Kolazzjon u fid-9.30am, flimkien ma’ eluf ta’ pellegrini ohra ta’ kull gens, niehdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li tigi ccelebrata fil-Bazilika San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Pranzu fil-Lukanda. Wara nofsinhar immorru naraw video dwar il-Messagg ta’ Lourdes, imbaghad naraw, u fejn ikun possibbli inzuru, diversi postijiet ta’ interess konnessi ma’ Santa Bernadette; fosthom il-Mithna Boly (fejn twieldet u ghexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’habs abbandunat fejn ghexet, flimkien mal-familja, matul id-dehriet) u l-Knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesù (fejn tghammdet). Cena fil-Lukanda.
Fid-9.00 p.m. niehdu sehem bhala grupp fil-Purcissjoni Aux Flambeaux.

Il-Hamis, 9 ta’ Dicembru:
Kolazzjoni u wara hin liberu sakemm nitilqghu mill-Lukanda ghall-ajruport ta’ Toulouse minn fejn fis-2.25pm nitilqghu ghal Malta fejn naslu fl-4.40pm.

Nota:
Jista’ jkun hemm xi tibdil fil-programm tac-celebrazzjonijiet minhabba li meta gie ppreparat dan il-programm, kien ghadu ma giex ippubblikat il-programm ufficjali tas-Santwarju ta’ Lourdes.

PREZZ KULL PERSUNA

€517 Adult f’kamra trippla
€527 Adult f’kamra doppja
€605 Adult f’kamra singola
€399 Tfal (2 sa’ 5 snin) ma’ zewg adulti
€429 Tfal (6 sa’ 10 snin) ma’ zewg adulti

 

PREZZ JINKLUDI

Titjiriet diretti mar-Ryanair ghal Toulouse
Jinkludi bagalja ta’ 10 Kg
(Extra €90 kull persuna ghal bagalja ohra ta’ 20 Kg)
Coach Ajruport/Lukanda/Ajruport
Akkomodazzjoni fil-Lukanda Lys de Marie (3 star superior) jew simili
Il-kmamar kollha bis-central heating u s-servizzi privati
4 kolazzjonijiet, 2 pranzi u 3 ceni
Servizz ta’ Tour Leader
Servizz ta’ Direttur Spiritwali
It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
Insolvency Fund

MHUX INKLUZI FIL-PREZZ JINKLUDI:

Is-City Tax ta’ Lourdes mhux inkulza fil-prezz. Din it-taxxa, €1.50c kull lejl, kull persuna (minn 18 il-sena l-fuq), tithallas direttament fil-Lukanda.
Id-donazzjoni lis-Santwarju: €10 kull persuna. Din tingabar mit-Tour Leader f’Lourdes.

Jista’ jkun hemm bdil f’dawn il-prezzijiet.

ESKURSJONIJIET

TFAL TAHT IT-12-IL SENA NOFS PREZZ
€39 St Jean de Luz/Col d’Ibardin
€39 Pau

Starting from
From €479
Starting from
From €567
Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

Lourdes

Price
€517 per person
Duration
5 days
Travellers
35+

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *