Lourdes

Starting from
Price
€479 per person
Duration
4 days
Travellers
35+

11th-14th Feb

  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Lourdes Airport

Lourdes

Fl-okkażjoni tal-Ewwel u t-Tieni Dehra tal-Madonna lil Santa Bernadette

11 – 14 ta’ Frar 2022

INZURU:
Lourdes, Pau, St Jean d’Luz u Col D’Ibardin

It-Gimgha, 11 ta’ Frar:
Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fil-5.40am minn fejn, b’titjira diretta mar-Ryanair, fis-7.40am nitilqu ghal Lourdes. Hekk kif fl-10.10am naslu Lourdes insibu coach li tehodna fil-Lukanda Lys de Marie (jew simili).. Sistemazzjoni tal-kmamar. Pranzu u wara mmorru nzuru l-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous.. Fil-5.00pm naraw il-Processjoni Ewkaristika. Wara c-cena niehdu sehem bhala grupp fil-Processjoni Aux Flambeaux.

Is-Sibt, 12 ta’ Frar:
Kolazzjon u wara jkollna c-Celebrazzjoni tal-Ewkaristija f’wahda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu vicin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jiehu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Baziliki. Inkomplu bil-programm billi naghmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-gholja de l’Espeluges. Pranzu u wara optional excursion ta’ nofs ta’ nhar ghal Pau. Il-belt ta’ Pau hija l-kapitali ta’ Bearn u famuza ghaliex fiha kien jghix Enriku IV, Re ta’ Franza u Navarra. Inzuru c-centru ta’ Pau fejn, fost ohrajn, hemm kastell kbir, ic-Chateau de Pau, fejn Napuljun kien iqatta’ l-vaganzi tieghu. Nirritornaw il-Lukanda fejn ikollna c-cena.

Il-Hadd, 13 ta’ Frar:
Kolazzjon u wara optional excursion ta’ gurnata ghal St Jean de Luz u Col D’Ibardin. F’St Jean de Luz, li hija belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola, inzuru c-centru storiku u l-bajja kbira tal-post. Ikollna hin liberu li matulu nkunu nistghu nkomplu ngawdu c-centru tal-belt (fejn insibu l-aqwa restoranti li jservu ikel bnin tal-bahar) u x-xtajta meraviljuza tal-post. Wara mmorru Col D’Ibaldin minfejn naraw veduti mill-isbah u fejn inkunu nistghu naghmlu xi xiri. (Nota: Illum ma jkollnix pranzu jew packed lunch.) Filghaxija, wara c-cena, jkollna c-celebrazzjoni tal-Quddiesa.

It-Tnejn, 14 ta’ Frar:
Kolazzjon, Quddiesa u wara mmoirru naraw, u fejn ikun possibbli inzuru, diversi postijiet ta’ interess konnessi ma’ Santa Bernadette; fosthom il-Mithna Boly (fejn twieldet u ghexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra zghira f’habs abbandunat fejn ghexet, flimkien mal-familja, matul id-dehriet) u l-Knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesù (fejn tghammdet). Pranzu fil-Lukanda u wara tluq ghall-Ajruport ta’ Lourdes minn fejn permezz ta’ titjira tar-Ryanair fil-5.50pm nitilqghu ghal Malta fejn naslu fit-8.20pm.

Nota:
Jista’ jkun hemm xi tibdil fil-programm tac-celebrazzjonijiet minhabba li meta gie ppreparat dan il-programm, kien ghadu ma giex ippubblikat il-programm ufficjali tas-Santwarju ta’ Lourdes.

PREZZ KULL PERSUNA

€479 Adult f’kamra trippla
€499 Adult f’kamra doppja
€599 Adult f’kamra singola

PREZZ JINKLUDI

Titjiriet diretti mar-Ryanair ghal Lourdes
• Jinkludi bagalja ta’ 10 Kg
Coach Ajruport/Lukanda/Ajruport
Akkomodazzjoni fil-Lukanda Lys de Marie (3 star superior) jew fil-Lukanda Padoue (4 star) jew simili
Il-kmamar kollha bis-central heating u s-servizzi privati
3 kolazzjonijiet, 3 pranzi u 3 ceni
Servizz ta’ Tour Leader
Servizz ta’ Direttur Spiritwali
It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
Insolvency Fund

MHUX INKLUZI FIL-PREZZ

Is-City Tax ta’ Lourdes ta’ €1.50 kuljum tithallas direttament fil-Lukanda, minn persuna minn 18 il-sena l-fuq.
Id-donazzjoni lis-Santwarju: €5 kull persuna. Din tingabar mit-Tour Leader f’Lourdes.

Jista’ jkun hemm bdil f’dawn il-prezzijiet.

ESKURSJONIJIET

TFAL TAHT IT-12-IL SENA NOFS PREZZ
€20 / €10 Pau
€39 / €20 St Jean de Luz/Col d’Ibardin

From €517
Starting from
From €567
Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

Lourdes

Price
€479 per person
Duration
4 days
Travellers
35+

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *