Lourdes, 5 t’ijiem

Starting from
Price
€599 per person
Duration
5 Days
Travellers
35+
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Lourdes Airport

Pellegrinaġġi f’Lourdes

5 ijiem sħaħ

INŻURU:
Lourdes, Gavarnie, Pont d’Espagne, St. Jean de Luz, Col d’Ibardin u l-Grotti ta’ Betherram

Grupp 1     16 – 21 t’Awwissu
Grupp 2    30 t’Awwissu – 4 ta’ Settembru

MINN:
€599

IT-TNEJN:
Niltaqghu mat-tour leader fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fis-7.00pm biex naghmlu c-check in. Nitilqu fid-9.00pm fuq it-titjira tal-Air Malta li twassalna f’Lourdes fil-11.35pm. Sistemazzjoni fil-kmamar u wara hin ghall-mistrieh.

IT-TLIETA:
Kolazzjon u wara nzuru l-Grotta u niehdu ritratt ta’ tifkira flimkien. Wara niççelebraw il-Quddiesa flimkien u naghmlu l-Via Sagra. Pranzu fil-lukanda u wara nofsinhar ikollna eskursjoni optional ghal Gavarnie, villagg helu qalb il-muntanji li jinsab 32 mil ‘l boghod minn Lourdes u 1,360 metru ghola mill-bahar. Qabel ma naslu, nieqfu fuq Pont du Napoleon ghal veduta mill-aqwa. Gavarnie jinsab fir-regjun ta’ Hautes-Pyrenees u jghixu fih madwar 180 persuna biss. Haga li tispikka ferm hi l-kaskada gholja 422 metru li minnha tibda x-xmara Gave li tghaddi minn quddiem il-Grotta ta’ Massabielle. Fil ghaxija cena fil-lukanda u niehdu sehem fil-purcissjoni Aux Flambeaux.

L-ERBGHA:
Kolazzjon u fid-9.30am niehdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taht l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara mmorru naraw DVD dwar il-Messagg ta’ Lourdes. Pranzu fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni optional Pont d’Espagne li qieghed ftit ‘il-barra mill-belt ta’ Cauterets u jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Naraw hafna kaskati sbieh bl-ilma niezel b’velocità qawwija. Fil ghaxija niccenaw fil-lukanda u hin liberu.

IL-HAMIS:
Kolazzjon u wara jkollna eskursjoni optional ta’ jum shih ghal St. Jean de Luz u Col d’Ibardin. St. Jean de Luz hija belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola. Inzuru c-centru storiku fejn naraw bini antik b’tahlita bilancjata t’arkitettura Spanjola u Gharbija u nzuru wkoll il-knisja ta’ San Gwann Battista. Hemm ukoll port tas-sajjieda mdawwar b’hafna ristoranti li jispecjalizzaw f’ikel tal-hut. Wara nitilghu fuq l-gholja ta’ Col d’Ibardin li qieghed fuq il-fruntiera bejn Franza u Spanja u minhabba d-differenza ta’ taxxi bejn dawn iz-zewg pajjizi, insibu diversi hwienet li jbighu bi prezzijiet irhas. Hawnhekk ikollna hin liberu biex ingawdu l-veduti spettakolari u anke naghmlu xi shopping. (Nota: Illum ma jkollnix pranzu.) Filgœaxija niccenaw fil-lukanda u wara çelebrazzjoni tal-quddiesa.

IL-GIMGHA:
Kolazzjon u niccelebraw il-quddiesa. Wara nzuru l-aktar postijiet interessanti f’Lourdes fosthom il-Mithna Boly (fejn twieldet), il-Cachot (fejn ghexet matul zmien id-Dehriet) u l-Knisja Parrokkjali ddedikata lill-Qalb ta’ Gesù (fejn tghammdet). Pranzu fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni ghall-Grotti ta’ Betherram, meqjusa bhala whud mill-isbah fid-dinja minhabba l-varjetà interessanti ta’ stalegmiti u stalektiti. Fil ghaxija niccenaw fil-lukanda u hin liberu.

IS-SIBT:
Kmieni fil ghodu mmorru fil-banjijiet li qeghdin vicin il-Grotta u hemm naghmlu t-talb taghna. L-ilma tal-banjijiet jitwassal minn nixxiegha li qeghda fil-Grotta, proprju malli titwettaq l-istedina tal-Madonna biex wiehed jinzel fl-ilma, jirrikoncilja u jitlob ghall-intenzjonijiet tieghu. Pranzu fil-lukanda u hin liberu. Fil-5.00pm checkout mill-kmamar u cena. Nitilqu lejn l-ajruport ta’ Lourdes minfejn fl-10.05pm nitilqu b’titjira tal-Air Malta li twassalna lura pajjizna fil-00.35am (sbieh il-Hadd).

PREZZ KULL PERSUNA:

€599 Kbar f’kamra trippla
€609 Kbar f’kamra doppja
€709 Kbar f’kamra singola
€389 Tfal (2 sa’ 5 snin) ma’ 2 adulti
€519 Tfal (6 sa’ 10 snin) ma’ 2 adulti

PREZZ JINKLUDI:

Titjiriet diretti mal-Airmalta: Malta/Lourdes/Malta
Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
Akkomodazzjoni gœal 5 iljieli f’lukanda 3*** superior Lys de Marie jew simili f’Lourdes
Kmamar kollha bis-servizzi privati
5 kolazzjonijiet, 4 pranzi u 5 çeni
Servizz ta’ tour leader
Servizz ta’ Direttur Spiritwali
It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
Insolvency Fund

ESKURSJONIJIET

TFAL IHALLSU NOFS PREZZ
€29 Gavarnie
€29 Pont d’Espagne
€39 St. Jean de Luz & Col d-Ibardin
€35 Grotti ta’ Betherram (entr. Inkluza)

MHUX INKLUŻ FIL-PREZZ;

Is-City Tax ta’ Lourdes ta’ €1.50 kull adult kull lejl li tithallas direttament fil-Lukanda
Donazzjoni lis-Santwarju: €2.50 (kull persuna, kuljum)

* Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-prezzijiet
Il-hinijiet tat-titjiriet huma suggetti ghal tibdil.

Starting from
From €539
Starting from
From €549 €499
Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

Lourdes, 5 t'ijiem

Price
€599 per person
Duration
5 Days
Travellers
35+

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *