Lourdes, Costa Brava u Barċellona

Starting from
Price
€649 per person
Duration
9 days
Travellers
50
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Barcelona Airport

Lourdes, Costa Brava u Barċellona

Inzuru:

Lourdes, Gavarnie, St Jean d’Luz, Col d’Ibardin, Pont d’Espagne, Andorra, Lloret de Mar, Barċellona, Montserrat, Port Aventura u Tossa de Mar.

Dati:

8 – 16 ta’ Settembru (8 ta’ Settembru – Festa Pubblika)

IL-ĦAMIS, 8 TA’ SETTEMBRU

Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fil-5.10am u b’titjira diretta mar-Ryanair, fis-7.10am. nitilqu għal Lourdes. Fid-9.40am naslu Lourdes u nirkbu l-coach li teħodna fil-Lukanda Lys De Marie (3-star superior) jew simili fejn ikollna s-sistemazzjoni tal-kmamar. Wara l-pranzu nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna deheret lil Santa Bernadette Soubirous. Inkomplu bil-programm billi naraw, u fejn ikun possibbli, inżuru diversi postijiet ta’ nteress konnessi ma’ Santa Bernadette, fosthom il-Mitħna Boly (fejn twieldet u għexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’ħabs abbandunat fejn għexet flimkien mal-familja matul id-dehriet) u l-Knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu (fejn tgħammdet). Ċena fil-lukanda u wara fid9.00pm nieħdu sehem, bħala grupp, fil-Purcissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bażilika tar-Rużarju. F’din il-purċissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom u jingħad ir-rużarju.

IL-ĠIMGĦA, 9 TA’ SETTEMBRU

Wara l-kolazzjon niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem ilBażiliki. Inkomplu bil-programm billi nżuru t-tliet Bażiliki u wara nagħmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-Għolja de l’Espeluges. Pranzu u wara optional excursion għal Gavarnie. Eskursjoni verament sabiħa li matulha naraw ħafna veduti meraviljużi. Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mill-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon fejn ingawdu veduta mill-aqwa.. Hekk kif naslu Gavarnie nistgħu nagħmlu mixja qalb xenarju mill-isbah jew min irid jista’ anke jieħu rikba fuq xi żiemel. Ċena fil-lukanda.

IS-SIBT, 10 TA’ SETTEMBRU

Kolazzjon u wara jkollna optional excursion ta’ jum għal St Jean de Luz u Col d’Ibardin. F’St Jean de Luz, li hija belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola, inżuru c-centru storiku u x-xtajta kbira tal-post. Imbagħad immorru Col d’Ibardin minfejn naraw veduti mill-isbaħ u fejn inkunu nistgħu nagħmlu xi xiri. Nirritornaw lura l-lukanda għaċ-ċena u wara jkollna Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

IL-ĦADD, 11 TA’ SETTEMBRU Kolazzjon u wara fid9.30a.m. nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bażilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara din ic-ċelebrazzjoni mmorru naraw DVD dwar il-Messaġġ ta’ Lourdes. Wara l-pranzu jkollna optional excursion għal Pont d’Espagne li jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Eskurzjoni fuq il-muntanji fejn nitpaxxew b’xenarju mill-isbaħ u naraw ħafna kaskati meraviljużi bl-ilma nieżel b’velocità kbira. Dan il-post huwa popolari ħafna ma’ dawk li jħobbu jmorru mountain climbing. Ċena fil-lukanda.

IT-TNEJN, 12 TA’ SETTEMBRU Kmieni wara l-kolazzjon naqbdu t-triq lejn Lloret de Mar – Costa Brava. Matul il-vjaġġ tagħna nagħmlu waqfa f’Andorra li huwa stat indipendenti u fejn nistgħu nixtru affarijiet duty free. Naslu fil-Lukanda Don Juan Resort, jew simili, filgħaxija. Sistemazzjoni tal-kmamar u wara ċ-ċena.

IT-TLIETA, 13 TA’ SETTEMBRU Malli nlestu l-kolazzjon, optional excursion ta’ jum li teħodna fil-kapitali ta’ dan ir-regjun, Barċellona. Inżuru fost oħrajn Catalunya Square, Ramblas, Sagrada Famiglia u Mont Juic minfejn wieħed jista’ jgawdi veduta panoramika ta’ Barċellona. Wara nofsinhar ħin liberu għal personal sightseeing. Nissuġġerixxu żżuru l-famuż Aquarium (dħul extra) li qiegħed viċin il-Monument ta’ Cristoforo Colombo. Nirritornaw lura l-lukanda għaċ-ċena.

L-ERBGĦA, 14 TA’ SETTEMBRU

Wara l-kolazzjon ikollna optional excursion għal Montserrat. Montserrat qiegħed f’għoli ta’ 1236 metru ‘l fuq millwied u hemmhekk inżuru l-Bażilika majestuża talBenedittini li hija ddedikata lil “La Moreneta” (Il-Vergni s-Sewda) Padruna tal-Katalonja. Xenarju spettakolari kemm aħna u telgħin kif ukoll meta nkunu hemm fuq. Nirritornaw Lloret de Mar fejn ikollna ħin liberu li matulu, flimkien mat-tour leader, inkunu nistgħu niskopru aktar dwar dan il-post tant sabiħ.

IL-ĦAMIS, 15 TA’ SETTEMBRU

Wara l-kolazzjon, ikollna optional excursion ta’ jum għal Port Aventura (dħul inkluż), il-famuż Park ta’ divertiment mill-aqwa fejn ngħaddu jum f’ambjent Mediterranju, tal-Far West, Messikan, Ċiniż u Polynesian. Nitilgħu fuq il-fun rides u naraw diversi shows li jsiru minn ħin għal ieħor. Niltilqu għal-lukanda minn Port Aventura fis-7.00p.m. Iċ-ċena tittieħed bħala pranzu għada.

IL-ĠIMGĦA, 16 TA’ SETTEMBRU

Nieħdu l-aħħar kolazzjon u wara mmorru optional excursion ta’ nofs ta’ nhar għal Tossa de Mar. Tossa de Mar hija belt antika fejn insibu veduti kostali mill-isbaħ. Fis-sena 1931 ġiet iddikkjarata bħala monument artistiku u ta’ storja. Nirritoraw il-lukanda fejn ikollna pranzu minflok iċ-ċena tal-bieraħ. Il-kumplament ta’ wara nofsinhar liberu sakemm isir il-ħin biex nitilqu għall-ajruport ta` Barċellona minfejn permezz ta’ titjira diretta ta’ Vueling fl-10.25pm nitilqu għal Malta fejn naslu fis-0.35am talgħada s-Sibt. Il-ħruġ mill-kmamar ikun normalment fil-11.00a.m. (Staqsu lit-tour leader dwar possibilita li l-kmamar jinżammu sal-ħin tat-tluq mil-lukanda – ħlas extra).

PREZZ KULL PERSUNA

Adult f’kamra trippla €649

Adult f’kamra doppja €699

Adult f’kamra singola €859

Tfal f’kamra ma’ żewġ adulti €569

*Il-postijiet fuq it-titjira jiġu assenjati mir-Ryanair. Jista’ jkun hemm ħlas addizzjonali jekk inti tkun tixtieq postijiet fejn xulxin.

PREZZ JINKLUDI:

Titjiriet Malta/Lourdes (Ryanair)/ Barċellona/Malta (Vueling) inkluż 10kg

u 20kg checked-in luggage

Coach transfers Ajruport/ Lukanda/Ajruport

Transfer Lourdes/Lloret de Mar, b’waqfa f’Andorra

4 iljieli ġo lukanda 3-star superior Lys de Marie f’Lourdes jew simili

4 iljieli ġo lukanda 3-star f’Lloret de Mar Don Juan Resort jew simili

Lourdes: 4 kolazzjonijiet/3 pranzi/4 ċeni

Lloret de Mar: 4 kolazzjonijiet/pranzu/ 3 ċeni

Servizz ta’ tour leader

Servizz ta’ direttur spiritwali

It-taxxi tal-ajruporti u service charge

Insolvency fund

ESKURSJONIJIET ADULTI /TFAL

Gavarnie €29 /€15

St Jean d’Luz / Col D’Ibardin €43 /€22

Pont d’Espagne €29 /€15

Barċellona City Tour €39 /€19

Montserrat €35 /€18

Port Aventura (entratura nkluża) €84 /€62

Tossa de Mar €25 /€13

MHUX INKLUŻ FIL-PREZZ

City Taxes (jitħallsu direttament fil-lukandi): Lourdes: €1.50 kull persuna kull lejl u Lloret de Mar: €1.50 kull persuna kull lejl

Santwarju ta’ Lourdes: Donazzjoni ta’ €10 kull persuna. Din tinġabar mit-tour leader f’Lourdes

Barċellona Aquarium: Adulti €24/Tfal €17

Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

Lourdes, Costa Brava u Barċellona

Price
€649 per person
Duration
9 days
Travellers
50

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *