Lourdes & Costa Brava

Starting from
Price
€899 per person
Duration
10 days
Travellers
50
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Barcelona Airport

LOURDES, COSTA BRAVA U BARĊELLONA

PREZZ MINN €899

META  7-16 Settembru

INŻURU

Lourdes, Gavarnie, Col d’Ibardin, St Jean d’Luz, Pont d’Espagne, Andorra, Lloret de Mar, Barcelona, Port Aventura u Montserrat

IS-SIBT, 7 TA’ SETTEMBRU

Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fl-4pm u b’titjira diretta mar-Ryanair, fis-6.10pm nitilqu għal Lourdes. Fit-8.40pm naslu Lourdes u nirkbu l-coach li teħodna għall-Lukanda Christina jew simili fejn ikollna s-sistemazzjoni tal-kmamar.

IL-ĦADD, 8 TA’ SETTEMBRU

Wara l-kolazzjon niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/ kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bażiliki. Inkomplu bil-programm billi nżuru t-tliet Bażiliki u wara nagħmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-Għolja de l’Espeluges. Pranzu u wara optional excursion għal Gavarnie. Eskurzjoni verament sabiħa li matulha naraw ħafna veduti meraviljużi. Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mill-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon fejn ingawdu veduta millaqwa. Hekk kif naslu Gavarnie nistgħu nagħmlu mixja qalb xenarju mill-isbaħ jew min irid jista’ anke jieħu rikba fuq xi żiemel. Ċena fil-lukanda.

IT-TNEJN, 9 TA’ SETTEMBRU

Wara l-pranzu nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Inkomplu bil-programm billi naraw u fejn ikun possibbli nżuru diversi postijiet ta’ interess konnessi ma’ Santa Bernadette, fosthom il-Mitħna Boly (fejn twieldet u għexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’ħabs abbandunat fejn għexet, flimkien mal-familja, matul id-dehriet) u l-Knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu (fejn tgħammdet). Ċena fil-lukanda u wara fid-9.00pm nieħdu sehem, bhala grupp, fil-Purcissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bażilika tar-Rużarju. F’din il-purċissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom u jingħad ir-rużarju.

IT-TLIETA, 10 TA’ SETTEMBRU

Kolazzjon u wara optional excursion ta’ gurnata ghal Col d’Ibardin u St Jean de Luz. Minn Col d’Ibaldin naraw veduti mill-isbaħ u anke nkunu nistgħu nagħmlu xi xiri. Wara mmorru St Jean de Luz, belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola. Inżuru ċ-ċentru storiku u l-bajja kbira tal-post. Ikollna ħin liberu li matulu nkunu nistgħu nkomplu ngawdu ċ-ċentru tal-belt, fejn insibu l-aqwa restoranti li jservu ikel bnin tal-baħar, u x-xtajta meraviljuża tal-post. (Nota: Illum ma jkollniex pranzu jew packed lunch). Filgħaxija, wara ċ-ċena, jkollna ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.

L-ERBGĦA, 11 TA’ SETTEMBRU

Kolazzjon u wara fid-9.30am nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bażilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara l-pranzu jkollna optional excursion għal Pont d’Espagne li jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Eskurzjoni fuq il-muntanji fejn nitpaxxew b’xenarju mill-isbaħ u naraw ħafna kaskati meraviljużi bl-ilma nieżel b’veloċità kbira. Dan il-post huwa popolari ħafna ma’ dawk li jħobbu jmorru mountain climbing. Ċena fil-Lukanda.

IL-ĦAMIS, 12 TA’ SETTEMBRU

Kmieni wara l-kolazzjon naqbdu t-triq lejn Lloret de Mar – Costa Brava. Matul il-vjaġġ tagħna nagħmlu waqfa ġewwa Andorra li huwa stat indipendenti u fejn nistgħu nixtru affarijiet duty free. Naslu fil-Lukanda Garbi Park jew simili, filgħaxija. Sistemazzjoni tal-kmamar u wara ċ-ċena.

IL-GIMGĦA, 13 TA’ SETTEMBRU

Malli nlestu l-kolazzjon, optional excursion ta’ jum li teħodna fil-kapitali ta’ dan ir-reġjun, Barċelona. Inżuru fost oħrajn Catalunya Square, Ramblas, Sagrada Famiglia u Mont Juic minn fejn wieħed jista’ jgawdi veduta panoramika ta’ Barcelona. Wara nofsinhar ħin liberu ghal personal sightseeing. Nissuġġerixxu żżuru l-famuż Aquarium (dħul extra) li qiegħed viċin il-Monument ta’ Cristoforo Colombo. Nirritornaw lura l-lukanda għaċ-ċena.

IS-SIBT, 14 TA’ SETTEMBRU

Wara l-kolazzjon, ikollna optional excursion ta’ jum ghal Port Aventura (dħul inkluż), il-famuż Park ta’ divertiment mill-aqwa fejn ngħaddu jum f’ambjent Mediterranju, tal-Far West, Messikan, Ċiniż u Polynesian. Nitilgħu fuq il-fun rides u naraw diversi shows li jsiru minn ħin għall-ieħor. Niltilqu għall-lukanda minn Port Aventura fis-7.00 p.m. (Iċ-ċena tal-illum tittieħed bħala pranzu għada).

IL-ĦADD, 15 TA’ SETTEMBRU

Wara l-kolazzjon ikollna optional excursion għal Montserrat. Montserrat qiegħed f’għoli ta’ 1236 metru ‘il fuq mill-wied u hemmhekk inżuru l-Bażilika majestuża tal-Benedittini li hija ddedikata lil “La Moreneta” (Il-Verġni s-Sewda) Padruna tal-Katalonja. Xenarju spettakolari kemm aħna u telgħin kif ukoll meta nkunu hemm fuq. Nirritornaw Lloret de Mar għall-pranzu u wara ikollna ħin liberu li matulu, flimkien mat-tour leader, inkunu nistgħu niskopru aktar dwar dan il-post tant sabiħ. Nirritornaw lura l-lukanda għaċ-ċena.

IT-TNEJN, 16 TA’ SETTEMBRU

Wara l-kolazzjon, nitilqu mill-lukanda għall-ajruport ta’ Barcelona ghat-titjira mal-Vueling li titlaq fil-11.35am u naslu Malta fis-1.45pm.

PREZZ KULL PERSUNA

Adult f’kamra trippla                       €899

Adult f’kamra doppja                      €977

Adult f’kamra singola                      €1177

Tfal f’kamra ma’ żewġ adulti        €799

PREZZ JINKLUDI

Titjira mar-Ryanair Malta/Lourdes inkluż bagalja ta’ 20kg

Titjira mal-Vueling Barcelona/Malta inkluż bagalja ta’ 20kg

5 iljieli fil-lukanda 3-star Hotel Christina f’Lourdes (jew simili)

4 iljieli fil-lukanda 4-star Garbi Park f’Lloret de Mar (jew simili)

Trasferimenti ajruport/lukanda/ajruport

Transfer Lourdes/Lloret de Mar, b’waqfa f’Andorra

Lourdes: 4 kolazzjonijiet/3 pranzi/4 ċeni

Lloret de Mar: 4 kolazzjonijiet/pranzu/3 ċeni

Servizz ta’ tour leader

Direttur spiritwali

It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge

Insolvency fund

ESKURSJONIJIET                                              

ADULTI /TFAL

€29/ €15 Gavarnie

€45 /€23 Col d’Ibardin/St Jean d’Luz

€29/€15 Pont d’Espagne

€45 /€25  Barcelona City Tour

€39 /€25 Monteserrat

€54 /€45 Port Aventura (entratura extra)

€29 /€19 Tossa de Mar

MHUX INKLUŻ FIL-PREZZ

City Tax (jitħallsu direttament fil-Lukandi) – Lourdes: €2.30 kull persuna kull lejl u Lloret de Mar: €1.32 kull persuna kull lejl

Santwarju ta’ Lourdes: Donazzjoni ta’ €10 kull persuna. Din tinġabar mit-Tour Leader f’Lourdes

Monstserrat Basilica €7

Port Aventura ticket €41 Adult / €27 Tfal

 

Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/InsolvencyFund2024.webp

Visit us on Social Networks

Close

Lourdes & Costa Brava

Price
€899 per person
Duration
10 days
Travellers
50

    Fill out the form to enquire about this tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to enquire about this tour. Required fields are marked *