Lourdes -December

Starting from
Price
€799 per person
Duration
5 days
Travellers
50
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta Airport
Return Location
Lourdes Airport

Lourdes 

Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni 

 06 – 10 ta’ Dicembru 2024 

 Inzuru 

Lourdes, Pau (Christmas Market), Pont d’Espagne, St Jean de Luz u Col d’Ibardin 

Il-Ħamis 05 ta’ Diċembru/Il-Gimgħa 06 ta’ Dicembru 

Niltaqgħu l-ajruport fl-10.00pm (il-Ħamis filgħaxija) biex f00.05am nitilqu fuq titjira tal-KM Malta Airlines li twassalna Lourdes fis-02.30am (Sbiħ il-Gimgħa). Sistemazzjoni fil-kmamar u nistrieħu għal-lejl.  Filgħodu wara l-kolazzjon ikollna quddiesa u wara nagħmlu l-ewwel żjara fil-Grotta u t-Tliet Bażiliki. Pranzu fil-lukanda u wara mmorru naraw video dwar il-Messaġġ ta’ Lourdes, imbagħad naraw, u fejn ikun possibbli nżuru, diversi postijiet ta’ nteress konnessi ma’ Santa Bernadette fosthom il-Mitħna Boly (fejn twieldet u ghexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’ħabs abbandunat fejn għexet, flimkien mal-familja, matul id-dehriet) u l-Knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù (fejn tgħammdet). Filgħaxija niċċennaw fil-lukanda. 

Is-Sibt, 7 ta’ Diċembru 

Kolazzjon u wara niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu vicin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bażiliki. Inkomplu bil-programm billi nagħmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-għolja de l’Espeluges.  Pranzu fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni optional ghal Pau – il-kapitali ta’ Bearn u famuża għaliex fiha kien jgħix Enriku IV, Re ta’ Franza u Navarra.  Attrazzjoni speċjali f’Pau f’dan iż-żmien huwa il-Christmas Market li jintrama kull sena. Filgħaxija niċċennaw fil-lukanda. 

 Il-Ħadd, 8 ta’ Diċembru (Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni)  

Kolazzjon u fid-9.30am, flimkien ma’ eluf ta’ pellegrini oħra ta’ kull ġens, niehdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li tiġi ċċelebrata fil-Bażilika San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni.  Pranzu u wara jkollna eskursjoni għal Pont d’Espagne li tagħmel parti mir-riserva naturali prottetta tal-Pyrenees National Park. Din hija eskursjoni mill-isbaħ fuq il-muntanji bl-opportunità li nitgħaxxqu b’xenarju mill-isbaħ u kaskati meraviljużi. Filgħaxija niċċenaw fil-lukanda.  Fid-9.00pm niehdu sehem bħala grupp fil-Purċissjoni Aux Flambeaux.  

 It-Tnejn, 9 ta’ Diċembru/It-Tlieta 10 ta’ Diċembru 

Kolazzjon u llum noffrulkom eskursjoni optional ta’ jum għal Col d’Ibardin u St Jean de Luz. F’Col d’Ibardin naraw veduti mill-isbah u jkollna ħin ghal ftit shopping. Wara mmorru St Jean de Luz, belt kosmopolitana, medjevali u b’influwenza Spanjola fejn inżuru ċ-ċentru storiku u z-zona pedonali.  Naraw ukoll ix-xtajta kbira li tħares fuq l-oċejan Atlantiku. (Nota: Illum ma jkollnix pranzu jew packed lunch.)   Ċena fil-lukanda. Imbagħad ħin ta’ mistrieħ (il-kmamar jinżammu sal-aħħar) sakemm sbiħ it-Tlieta nitilqu lejn l-ajruport ta’ Lourdes minfejn fl-03.45am nitilqu b-titjira tal-KM Malta Airlines li twassalna pajjizna fis-6.00am. 

 Nota: Jista’ jkun hemm xi tibdil fil-programm taċ-ċelebrazzjonijiet minħabba li meta gie ppreparat dan il-programm, kien għadu ma giex ippubblikat dak ufficjali tas-Santwarju ta’ Lourdes. 

 Prezz kull persuna 

Adult f’kamra trippla/ doppja €799                

Adult f’kamra singola €899    

Tfal (sa 9 snin) ma’ zewg adulti €549      

 Prezz jinkludi 

Titjira mal-KM Malta Airlines ghal Lourdes u lura 

10kg hand luggage u 20kg checked in luggage 

Transfers ajruport/lukanda/ajruport 

Akkomodazzjoni fil-Hotel Astoria (3***) jew simili 

Il-kmamar kollha bis-central heating u s-servizzi privati 

4 kolazzjonijiet, 3 pranzi u 4 ceni 

Servizz ta’ Tour Leader 

Servizz ta’ Direttur Spiritwali 

It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge 

Insolvency Fund Certificate 

Mhux inkluż fil-prezz 

 City Tax ta’ Lourdes ta’ Lourdes ta’ €2.30 kull persuna kull lejl (minn 18-il sena l-fuq) tithallas direttament fil-lukanda. 

Donazzjoni lis-Santwarju: €10 kull persuna. Din tinġabar mit-tour leader f’Lourdes. 

Eskursjonijiet optional  

Adulti /Tfal 

Pau €29/ €15 

Pont d’Espagne €29 /€15 

Col d’Ibardin/ StJean de Luz €45/ €23 

 

 

 

Starting from
From €699
Starting from
From €749
Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/InsolvencyFund2024.webp

Visit us on Social Networks

Close

Lourdes -December

Price
€799 per person
Duration
5 days
Travellers
50

    Fill out the form to enquire about this tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to enquire about this tour. Required fields are marked *