Lourdes new departure

Starting from
Price
€599 per person
Duration
6
Travellers
50
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Lourdes

 

 

Vjagg / Pellegrinagg ghal Lourdes                          

6 ijiem shah

 

22 – 28 ta’ Lulju 2022

 

Inzuru: Lourdes, Pont d’Espagne, St Jean d’Luz, Col d’Ibardin, Bartres, Lac de Lourdes u Gavarnie.

 

IL-GIMGHA, 22 TA’ LULJU | Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fis-6.00pm u b’titjira diretta mal-Air Malta, fit-8.00pm nitilqu ghal Lourdes.  Fl-10.25pm. naslu Lourdes u nirkbu l-coach li tehodna ghal-Lukanda Gloria (3-star) jew simili. Sistemazzjoni tal-kmamar u hin ghall-mistrieh.

 

IS-SIBT, 23 TA’ LULJU | Wara l-kolazzjon nibdew il-mawra taghna f’Lourdes bi zjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niccelebraw l-Ewkaristija f’wahda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu vicin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jiehu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Baziliki. Inkomplu bil-programm billi nzuru t-tliet Baziliki u wara naghmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-Gholja de l’Espeluges. Wara l-pranzu nkomplu bil-programm billi naraw u fejn ikun possibili nzuru diversi postijiet ta’ interess konnessi ma’ Santa Bernadette, fosthom il-Mithna Boly (fejn twieldet u ghexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’habs abbandunat fejn ghexet, flimkien mal-familja,  matul id-dehriet) u l-Knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu (fejn tghammdet).  Cena fil-lukanda u wara fid-9.00 p.m. niehdu sehem, bhala grupp, fil-Purcissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bazilika tar-Ruzarju. F’din il-purcissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgha mixghula f’idejhom u jinghad ir-ruzarju.

 

IL-HADD, 24 TA’ LULJU | Kolazzjon u wara fid-9.30am niehdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taht l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara l-pranzu jkollna optional excursion ghal Pont d’Espagne li jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Eskurzjoni fuq il-muntanji fejn nitpaxxew b’xenarju mill-isbah u naraw hafna kaskati meraviljuzi bl-ilma niezel b’velocità kbira. Dan il-post huwa popolari hafna ma’ dawk li jhobbu jmorru mountain climbing.  Cena fil-lukanda.

 

IT-TNEJN, 25 TA’ LULJU | Kolazzjon u wara jkollna optional excursion ta’ jum ghal St Jean de Luz u Col d’Ibardin.  F’St Jean de Luz, li hija belt kosmopolitana u medjovali b’influwenza Spanjola, inzuru c-centru storiku u x-xtajta kbira tal-post. Imbaghad immorru Col d’Ibardin minn fejn naraw veduti mill-isbah u fejn inkunu nistghu naghmlu xi xiri. Nirritornaw lura l-lukanda ghac-cena u wara jkollna Celebrazzjoni Ewkaristika.

 

IT-TLIETA, 26 TA’ LULJU | Kolazzjon, u wara optional excursion ghal Bartres u l-Lac de Lourdes. Bartres huwa villagg zghir ftit ’il boghod minn Lourdes, fejn Santa Bernadette ghexet ghal zewg perijodi matul hajjitha, inzuru l-Knisja Parrokkjali ddedikata lil San Gwann Battista, fejn kienet tmur titlob. Wara mmorru l-Lac de Lourdes fejn nitpaxxew bis-sbuhija ta’ din l-ghadira b’daqs ta’ 52 hectres u qeghdha 422 metru ’l fuq mill-bahar.  Pranzu fil-lukanda u wara hin liberu li ghal zajjar personali sakemm niktaqghu ghac-cena.

 

L-ERBGHA, 27 TA’ LULJU | Kolazzjon, imbaghad ikollna c-celebrazzjoni tal-quddiesa fis-Santwarju u wara mmorru naraw DVD dwar il-Messagg ta’ Lourdes. Pranzu u wara optional excursion ghal Gavarnie. Eskurzjoni verament sabiha li matulha naraw hafna veduti meraviljuzi. Gavarnie huwa rahal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mill-bahar. Naghmlu waqfa fuq Pont du Napoleon fejn ingawdu veduta mill-aqwa.. Hekk kif naslu Gavarnie nistghu naghmlu mixja qalb xenarju mill-isbah jew min irid jista’ anke jiehu rikba fuq xi ziemel. Cena fil-lukanda.

 

IL-HAMIS, 28 TA’ LULJU | Kolazzjon kmieni u wara nitilqghu ghall-Ajruport.  It-titjira tar-Ryanair titlaq minn Lourdes fl-10.05am u tasal Malta f’12.35pm.

 

Prezz kull persuna:

Kbar f’kamra trippla                           €599

Kbar f’kamra doppja                          €639

Kbar f’kamra singola                          €759

Tfal (2 sa 5 snin) ma’ zewg adulti     €429

Tfal (6 sa 9 snin) ma zewg adulti      €479

 

  • Il-postijiet fuq it-titjira tar-Ryanair jigu assenjati minhom. Jista’ jkun hemm hlas addizzjonali jekk inti tkun tixtieq postijiet fejn xulxin.

 

Prezz Jinkludi

Titjiriet: Malta/Lourdes mal-Air Malta u Lourdes/Malta mar-Ryanair

Inkluz 10 Kg u 20 Kg checked in luggage

Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport

Akkomodazzjoni fil-Lukanda Gloria (3-star) jew simili

Kmamar kollha bis-servizzi privati

Bazi: 6 kolazzjonijiet / 4 pranzi / 5 ceni

Servizz ta’ Tour Leader

Servizz ta’ Direttur Spiritwali

It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge

Insolvency fund

 

 

 

 

Eskursjonijiet                                                Adulti     Tfal

Pont d’Espagne                                                    €29        €15

St Jean d’Luz / Col d’Ibardin                            €43       €22

Bartres / Lac de Lourdes                                   €19        €10

Gavarnie                                                               €29        €15

 

MHUX INKLUZI FIL-PREZZ

  • Lourdes City Tax (tithallas direttament fil-Lukanda) €1.50 kull persuna kull lejl.
  • Santwarju ta’ Lourdes: Donazzjoni ta’ €10 kull persuna. Din tingabar mit-Tour Leader f’Lourdes

 

Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-hlasijiet.

 

 

 

Starting from
From €549
Starting from
From €549
Starting from
From €549
Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

Lourdes new departure

Price
€599 per person
Duration
6
Travellers
50

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *