- Information
- Similar Tours
What's included
Vjagg / Pellegrinagg ghal Lourdes
5 ijiem shah
14 – 19 ta’ Lulju 2022
Inzuru: Lourdes, Gavarnie, St Jean d’Luz, Col d’Ibardin, Pont d’Espagne, Bartres u Lac de Lourdes.
IL-HAMIS, 14 TA’ LULJU | Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fil-5.10am u b’titjira diretta mar-Ryanair, fis-7.10am. nitilqu ghal Lourdes. Fid-9.40am. naslu Lourdes u nirkbu l-coach li tehodna ghal-Lukanda Gloria (3-star) jew simili fejn ikollna s-sistemazzjoni tal-kmamar. Wara l-pranzu nibdew il-mawra taghna f’Lourdes bi zjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Inkomplu bil-programm billi naraw u fejn ikun possibili nzuru diversi postijiet ta’ interess konnessi ma’ Santa Bernadette, fosthom il-Mithna Boly (fejn twieldet u ghexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’habs abbandunat fejn ghexet, flimkien mal-familja, matul id-dehriet) u l-Knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu (fejn tghammdet). Cena fil-lukanda u wara fid-9.00p.m niehdu sehem, bhala grupp, fil-Purcissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bazilika tar-Ruzarju. F’din il-purcissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgha mixghula f’idejhom u jinghad ir-ruzarju.
IL-GIMGHA, 15 TA’ LULJU | Wara l-kolazzjon niccelebraw l-Ewkaristija f’wahda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu vicin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jiehu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Baziliki. Inkomplu bil-programm billi nzuru t-tliet Baziliki u wara naghmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-Gholja de l’Espeluges. Pranzu u wara optional excursion ghal Gavarnie. Eskurzjoni verament sabiha li matulha naraw hafna veduti meraviljuzi. Gavarnie huwa rahal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mill-bahar. Naghmlu waqfa fuq Pont du Napoleon fejn ingawdu veduta mill-aqwa.. Hekk kif naslu Gavarnie nistghu naghmlu mixja qalb xenarju mill-isbah jew min irid jista’ anke jiehu rikba fuq xi ziemel. Cena fil-lukanda.
IS-SIBT, 16 TA’ LULJU | Kolazzjon u wara jkollna optional excursion ta’ jum ghal St Jean de Luz u Col d’Ibardin. F’St Jean de Luz, li hija belt kosmopolitana u medjovali b’influwenza Spanjola, inzuru c-centru storiku u x-xtajta kbira tal-post. Imbaghad immorru Col d’Ibardin minn fejn naraw veduti mill-isbah u fejn inkunu nistghu naghmlu xi xiri. Nirritornaw lura l-lukanda ghac-cena u wara jkollna Celebrazzjoni Ewkaristika.
L-HADD, 17 TA’ LULJU | Kolazzjon u wara fid-9.30 a.m. niehdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taht l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara din ic-celebrazzjoni mmorru naraw DVD dwar il-Messagg ta’ Lourdes. Wara l-pranzu jkollna optional excursion ghal Pont d’Espagne li jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Eskurzjoni fuq il-muntanji fejn nitpaxxew b’xenarju mill-isbah u naraw hafna kaskati meraviljuzi bl-ilma niezel b’velocità kbira. Dan il-post huwa popolari hafna ma’ dawk li jhobbu jmorru mountain climbing. Cena fil-Lukanda.
IT-TNEJN, 18 TA’ LULJU | Kolazzjon, u wara optional excursion ghal Bartres u l-Lac de Lourdes. Bartres huwa villagg zghir ftit ’il boghod minn Lourdes, fejn Santa Bernadette ghexet ghal zewg perijodi matul hajjitha, inzuru l-Knisja Parrokkjali ddedikata lil San Gwann Battista, fejn kienet tmur titlob. Wara mmorru l-Lac de Lourdes fejn nitpaxxew bis-sbuhija ta’ din l-ghadira b’daqs ta’ 52 hectres u qeghdha 422 metru ’l fuq mill-bahar. Wara l-pranzu tkun tista’ ssir l-ahhar zjara fil-Grotta. Hrug mill-kmamar fis-7.00pm. Cena, imbaghad ikun hemm hin liberu sakemm nitilqghu ghall-Ajruport.
IT-TLIETA, 19 TA’ LULJU | It-titjira tal-Air Malta titlaq minn Lourdes f’0.05am u tasal Malta l-ghada fis-2.20am.
Prezz kull persuna:
Kbar f’kamra trippla €549
Kbar f’kamra doppja €589
Kbar f’kamra singola €639
Tfal (2 sa 5 snin) ma’ zewg adulti €389
Tfal (6 sa 9 snin) ma zewg adulti €439
- Il-postijiet fuq it-titjira tar-Ryanair jigu assenjati minhom. Jista’ jkun hemm hlas addizzjonali jekk inti tkun tixtieq postijiet fejn xulxin.
Prezz Jinkludi
Titjiriet: Malta/Lourdes mar–Ryanair u Lourdes/Malta mal-Air Malta
Inkluz 10 Kg u 20 Kg checked in luggage
Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
Akkomodazzjoni fil-Lukanda Gloria (3-star) jew simili
Kmamar kollha bis-servizzi privati
Bazi: 4 kolazzjonijiet / 4 pranzi / 5 ceni
Servizz ta’ Tour Leader
Servizz ta’ Direttur Spiritwali
It-taxxi tal-ajruporti u as-service charge
Insolvency fund
Eskursjonijiet Adulti Tfal
Gavarnie €29 €15
St Jean d’Luz / Col d’Ibardin €43 €22
Pont d’Espagne €29 €15
Bartres / Lac de Lourdes €19 €10
MHUX INKLUZI FIL-PREZZ
- Lourdes City Tax (tithallas direttament fil-Lukanda) €1.50 kull persuna kull lejl.
- Santwarju ta’ Lourdes: Donazzjoni ta’ €10 kull persuna. Din tingabar mit-Tour Leader f’Lourdes
Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-hlasijiet.