- Information
- Similar Tours
What's included
Lourdes
Inzuru: Lourdes, Gavarnie, Pont d’Espagne, Col d’Ibardin u St Jean de Luz
Dati:
GRUPP 1: 6 – 10 Ġunju
GRUPP 2: 27 Ġunju – 1 Lulju*
GRUPP 3: 4 – 8 Lulju
GRUPP 4: 11-15 Lulju*
GRUPP 5: 18 – 22 Lulju
GRUPP 6: 25 – 29 Lulju
GRUPP 7: 1- 5 Awwissu
GRUPP 8: 8 – 12 Awwissu
GRUPP 9: 15 – 19 Awwissu* (15 Awwissu – Festa Pubblika)
GRUPP 10: 22 – 26 Awwissu*
GRUPP 11: 29 Awwissu – 2 Settembru
GRUPP 12: 5 – 9 Settembru* (8 ta’ Settembru – Festa Nazzjonali)
GRUPP 13: 12 -16 Settembru
GRUPP 14: 19 – 23 Settembru (21 Settembru – Festa Nazzjonali)
IT-TLIETA
Il-grupp jiltaqà l-ajruport fis-6.10am minn fejn b’titjira mar-Ryanair, fit-8.10am nitilqu għal Lourdes. Fl-10.40am naslu Lourdes u nirkbu l-coach li teħodna għal lukanda. Sistemazzjoni tal-kmamar u pranzu. Nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadete Soubirous u wara mmorru naraw u fejn ikun possibbli nżuru diversi postijiet konnessi ma’ Santa Bernardette. Ċena u wara fid-9.00 p.m. nieħdu sehem bħala grupp, fil-Purċissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem ilBażilika tar-Ruzarju. F’din il-purċissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom u jingħad ir-rużarju.
L-ERBGĦA
Fid-9.30am niehdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bażilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara din iċċelebrazzjoni mmorru naraw DVD dwar il-Messaġġ ta’ Lourdes. Wara nofs in-nhar optional excursion għal Gavarnie. Eskurzjoni verament sabiħa li matulha naraw ħafna veduti meraviljużi. Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon fejn ingawdu veduta mill-aqwa. Hekk kif naslu Gavarnie nistgħu nagħmlu mixja qalb xenarju mill-isbaħ jew min irid jista’ anke jieħu rikba fuq xi żiemel.
IL-ĦAMIS
Niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda middiversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bażilika. Inkomplu billi nżuru t-tliet Bażiliki u wara nagħmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-għolja de l’Espeluges. Wara nofsinhar optional excursion fil-Pyrenees National Park, li huwa riserva naturali protetta u hemmhekk inżuru Pont d’Espagne. Din hija eskursjoni mill-isbaħ fuq il-muntanji bl-opportunità li nitgħaxxqu b’xenarju sabiħ u kaskati meraviljużi.
IL-ĠIMGĦA
Illum ikollna optional excursion ta’ ġurnata għal Col d’Ibardin u St Jean de Luz. F’Col d’Ibardin naraw veduti mill-isbaħ u nagħmlu xi xiri. Wara mmorru St Jean de Luz, belt kosmopolitana, medjevali u b’influwenza Spanjola, inżuru ċ-ċentru storiku u x-xtajta tal-post. Filgħaxija jkollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.
IS-SIBT
Kolazzjon u nitilqu mil-Lukanda għallajruport. It-titjira tar-Ryanair titlaq għal Malta fid9.20am fejn tasal fil-11.40am.
PREZZ KULL PERSUNA
Adult f’kamra trippla €649
Adult f’kamra doppja €669
Adult f’kamra singola €749
Tfal ma’ żewġ adulti (2-5 snin) €449
Tfal ma’ żewġ adulti (6-10 snin) €499
*Il-postijiet fuq it-titjira jiġu assenjati mir-Ryanair.
Jista’ jkun hemm ħlas addizzjonali jekk inti tkun tixtieq postijiet fejn xulxin u/jew bagalja extra.
PREZZ JINKLUDI
Titjiriet diretti mar-Ryanair – Malta/ Lourdes/Malta inkluż bagalja ta’ 10kg
Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
4 iljieli akkomodazzjoni fl-lukanda 3 stilel ġewwa Lourdes
Kmamar kollha bis-servizzi privati Bażi:
4 kolazzjonijiet/3 pranzi/4 ċeni
Servizz ta’ tour leader
Servizz ta’ direttur spiritwali
It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
Insolvency Fund
ESKURSJONIJIET
ADULTI /TFAL
Gavarnie €29/ €15
Pont d’Espagne €29 /€15
St. Jean d’Luz / Col d’Ibardin €42 /€21
MHUX INKLUŻ FIL-PREZZ
City Tax ta’ Lourdes €1.50 għal kull lejl titħallas direttament fil-Lukanda
Donazzjoni lis-Santwarju: €10 kull persuna , din tinġabar mit-Tour Leader f’Lourdes
Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-ħlasijiet
HOTEL
GRUPP 1: 6 – 10 Ġunju – Hotel Lys de Marie
GRUPP 2: 27 Ġunju – 1 Lulju* – Hotel Christina
GRUPP 3: 4 – 8 Lulju – Hotel Lys de Marie
GRUPP 4: 11-15 Lulju* – Hotel Christina
GRUPP 5: 18 – 22 Lulju -Hotel Christina
GRUPP 6: 25 – 29 Lulju – Hotel Christina
GRUPP 7: 1- 5 Awwissu – Hotel Christina
GRUPP 8: 8 – 12 Awwissu – Hotel Lys De Marie
GRUPP 9: 15 – 19 Awwissu* – Hotel Christina
GRUPP 10: 22 – 26 Awwissu* – Hotel Christina
GRUPP 11: 29 Awwissu – 2 Settembru – Hotel Lys De Marie
GRUPP 12: 5 – 9 Settembru* – Hotel Christina
GRUPP 13: 12 -16 Settembru – Hotel Lys De Marie
GRUPP 14: 19 – 23 Settembru – Hotel Lys De Marie