Lourdes

Starting from
Price
€699 per person
Duration
5days
Travellers
50
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Lourdes Airport

LOURDES

Grupp 1 :             11 – 15 ta’ Mejju- Fully booked

Grupp 2 :             01 – 05 ta’ Ġunju – Fully booked

Grupp 3 :             15 – 19 ta’ Ġunju -Fully booked

Grupp 4 :             29 ta’ Ġunju – 03 Lulju-Fully booked

Grupp 5  :            06 – 10 ta’ Lulju -Fully booked

Grupp 6 :             13 – 17 ta’ Lulju-Fully booked

Grupp 7 :             20 – 24 ta’ Lulju -Fully booked

Grupp 8 :             27 – 31 ta’ Lulju – Fully booked

Grupp 9 :             03 – 07 t’Awwissu – Fully booked

Grupp 10:            10 – 14 t’Awwissu – Fully booked

Grupp 11:            17 – 21 t’Awwissu

Grupp 12:            24 – 28 t’Awwissu

Grupp 13:            31 t’Awwissu – 04 ta’ Settembru -Fully booked

Grupp 14:            07 – 11 ta’ Settembru

Grupp 15:            14 – 18 ta’ Settembru

Grupp 16:            21 – 25 ta’ Settembru

Inzuru

Lourdes, Gavarnie, Pont d’Espagne, St. Jean de Luz u Col d’Ibardin

IS-SIBT

Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fl-4.00pm għaċ-check in. Fis-6.10pm nitilqu fuq titjira tar-Ryanair li twassalna f’Lourdes fid-8.40pm.  Bil-kowċ privat nitilqu lejn il-Hotel Lys de Marie jew similar fejn nagħmlu sistemazzjoni fil-kmamar u nistrieħu għal-lejl.

IL-ĦADD

Kolazzjon u nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bil-Quddiesa.  Imbagħad inzuru l-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernardette Soubirous.  Inzuru wkoll it-tliet Baziliki u nieħdu ritratt ta’ tifkira flimkien. Wara nagħmlu l-Via Sagra .  Pranzu fil-lukanda u wara nofsinhar ikollna eskursjoni optional għal Pont d’Espagne li jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees.  Matul din l-eskursjoni fuq il-muntanji, nitpaxxew b’xenarju mill-isbaħ u naraw ħafna kaskati meraviljuzi bl-ilma niezel b’veloċita’ kbira.  Filgħaxija niċċenaw fil-lukanda.

IT-TNEJN

Wara l-kolazzjon niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il-Grotta.  Imbagħad nagħmlu mixja madwar Lourdes u fejn ikun possibili nzuru diversi postijiet ta’ nteress konnessi ma’ Santa Bernardette, fosthom il-Mitħna Boly (fejn twieldet u għexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’ħabs abbandunat fejn għexet mal-familja matul id-dehriet) u l-knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ (fejn tgħammdet).  Pranzu fil-lukanda segwit minn eskursjoni optional għal Gavarnie, fejn naraw ħafna veduti meraviljuzi.  Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, b’għoli ta’ 1357m ‘l fuq mill-baħar.  Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon, fejn ingawdu veduta mill-aqwa.  Ċena fil-lukanda u wara nieħdu sehem fil-purċissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bazilika tar-Ruzarju.  F’din il-purcissjoni, il-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom waqt li jingħad ir-ruzarju.

IT-TLIETA

Kolazzjon u llum ikollna eskursjoni optional ta’ jum sħiħ f’St Jean de Luz u Col d’Ibardin.  F’St Jean de Luz, li hija belt kosmpolitana u medjevali b’influwenza Spanjola, inzuru ċ-ċentru storiku u x-xtajta tal-post.  Imbagħad immorru Col d’Ibardin minfejn naraw veduti mill-isbaħ u jkollna ħin għal ftit shopping.  Filgħaxija niccenaw fil-lukanda.

L-ERBGĦA

Kolazzjon  u fid-9.30am nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X, fejn nesperjenzaw xeni uniki ta’ devozzjoni.  Imbagħad nippranzaw fil-lukanda u nitilqu lejn l-ajruport biex fil-4.55pm nitilqu fuq titjira tar-Ryanair li twassalna Malta fis-7.20pm.

PREZZ KULL PERSUNA

Adult f’kamra trippla                                                       €699

Adult f’kamra doppja                                                     €719

Adult f’kamra singola                                                      €807

Tfal (2-5 snin) ma’ 2 adulti                                            €459

Tfal (6 sa 9 snin) ma’ 2 adulti                                       €499

PREZZ JINKLUDI

Titjira  Malta/Lourdes/Malta mar-Ryanair

20kg checked-in luggage kull persuna

Trasferimenti ajruport/lukanda/ajruport

Akkomodazzjoni għal 4 iljieli fil Lukanda Lys De Marie jew similar

Kmamar kollha bis-servizzi privati

4 kolazzjonijiet / 3 pranzi / 3 ċeni

Servizz ta’ tour leader

Servizz ta’ direttur spiritwali

Taxxi tal-ajruport u service charge

Insolvency Fund

ESKURSJONIJIET  

 ADULTI / TFAL

€29/€15 Pont d’Espagne

€29/€15 Gavarnie

€45/€23 St Jean de Luz/Col d’Ibardin

MHUX INKLUZ FIL-PREZZ

City Tax ta’ Lourdes – €2.30 kull persuna kull lejl (minn 18-il sena ‘l fuq) titħallas direttament fil-lukanda

Santwarju ta’ Lourdes – Donazjoni ta’ €10 kull persuna li tinġabar mit-tour leader f’Lourdes

Starting from
From €679
Starting from
From €699
Starting from
From €779
Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2024/03/InsolvencyFund2024.webp

Visit us on Social Networks

Close

Lourdes

Price
€699 per person
Duration
5days
Travellers
50

    Fill out the form to enquire about this tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to enquire about this tour. Required fields are marked *