Lourdes,4 t’ijiem

Starting from
Price
€539 per person
Duration
4 Days
Travellers
35+
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Lourdes Airport

Pellegrinaġġi f’Lourdes

4 ijiem sħaħ

INŻURU:
Lourdes, Gavarnie, St. Jean de Luz, Cold’Ibardin u Pont d’Espagne

Grupp 1        26 – 30 t’Awwissu
Grupp 2        09 – 13 ta’ Settembru

MINN:
€539

IL-HAMIS:
Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fit-8.45pm minn fejn nitilqu fil-10.45pm b’titjira diretta mal-Air Malta li twassalna Lourdes fis-1.20am. Minn hawn nitilqu bil-coach lejn il-lukanda, sistemazzjoni tal-kmamar u hin ghal-mistrieh.

IL-GIMGHA:
Nibdew il-mawra taghna f’Lourdes bi zjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niccelebraw l-Ewkaristija f’wahda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu vicin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jiehu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bazilika. Inkomplu billi nzuru t-tlett Baziliki u wara naghmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-gholja de l’Espeluges. Pranzu fil-lukanda u wara nofsinhar eskursjoni optional ghal Gavarnie. Eskurzjoni verament sabiha li matulha naraw hafna veduti meraviljuzi. Gavarnie huwa rahal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mill-bahar. Naghmlu waqfa fuq Pont du Napoleon fejn ingawdu veduta mill-aqwa. Hekk kif naslu Gavarnie nistghu nagœmlu mixja qalb xenarju mill-isbah jew min irid jista’ anke jiehu rikba fuq xi ziemel. Cena fil-lukanda u fid-9.00pm niehdu sehem bhala grupp fil-Purcissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bazilika tar-Ruzarju. F’din il-purcissjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgha mixghula f’idejhom u jinghad ir-ruzarju.

IS-SIBT:
Kolazzjon u wara jkollna eskursjoni optional ta’ jum shih ghal St. Jean de Luz u Col d’Ibardin. St. Jean de Luz hija belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola. Inzuru c-centru storiku fejn naraw bini antik b’tahlita bilancjata t’arkitettura Spanjola u Gharbija u nzuru wkoll il-knisja ta’ San Gwann Battista. Hemm ukoll port tas-sajjieda mdawwar b’hafna ristoranti li jispeçjalizzaw f’ikel tal-hut. Wara nitilghu fuq l-gholja ta’ Col d’Ibardin li qieghed fuq il-fruntiera bejn Franza u Spanja u minhabba d-differenza ta’ taxxi bejn dawn iz-zewg pajjizi, insibu diversi hwienet li jbighu bi prezzijiet irhas. Hawnhekk ikollna hin liberu biex ingawdu l-veduti spettakolari u anke naghmlu xi shopping. (Nota: Illum ma jkollnix pranzu). Fil ghaxija niccenaw fil-lukanda u wara celebrazzjoni tal-quddiesa.

IL-HADD:
Kolazzjon u fid-9.30am niehdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taht l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara din ic-celebrazzjoni mmorru naraw DVD dwar il-Messagg ta’ Lourdes. Pranzu fil-lukanda u wara nofsinhar ikollna eskursjoni optional ghal Pont d’Espagne li qieghed ftit ‘il-barra mill-belt ta’ Cauterets u jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Naraw hafna kaskati sbieh bl-ilma niezel b’velocità qawwija. Fil ghaxija niccenaw fil-lukanda.

IT-TNEJN:
Kmieni fil ghodu mmorru fil-banjijiet li qeghdin vicin il-Grotta u hemm naghmlu t-talb taghna. L-ilma tal-banjijiet jitwassal minn nixxiegha li qeghda fil-Grotta, proprju malli titwettaq l-istedina tal-Madonna biex wiehed jinzel fl-ilma, jirrikoncilja u jitlob ghall-intenzjonijiet tieghu. Inkomplu bil-programm billi niehdu sehem fic-celebrazzjoni tal-Quddiesa. Pranzu fil-lukanda u wara nofsinhar dawra mat-tour leader ma’ Lourdes li matulha naraw, u fejn ikun possibbli nzuru, postijiet konnessi ma’ Santa Bernadette, fosthom il-Mithna Boly (fejn twieldet), il-Cachot (fejn ghexet matul zmien id-Dehriet) u l-Knisja Parrokkjali ddedikata lill-Qalb ta’ Gesù (fejn tghammdet). Fil-5.00pm checkout mill-kmamar u cena. Nitilqu mill-lukanda ghall-ajruport ta’ Lourdes ghat-titjira fl-
00.25am u tasal Malta fil-02.55am (sbieh it-Tlieta).

PREZZ KULL PERSUNA:

€539 Kbar f’kamra trippla
€549 Kbar f’kamra doppja
€639 Kbar f’kamra singola
€389 Tfal (2 sa’ 5 snin) ma’ 2 adulti
€519 Tfal (6 sa’ 10 snin) ma’ 2 adulti

PREZZ JINKLUDI:

Titjiriet diretti mal-Airmalta: Malta/Lourdes/Malta
Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
Akkomodazzjoni ghal 4 iljieli f’lukanda 3*** superior Lys de Marie jew simili f’Lourdes
Kmamar kollha bis-servizzi privati
4 kolazzjonijiet, 3 pranzi u 4 ceni
Servizz ta’ tour leader
Servizz ta’ Direttur Spiritwali
It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
Insolvency Fund

ESKURSJONIJIET:

TFAL IHALLSU NOFS PREZZ
€29 Gavarnie
€39 St. Jean de Luz/Col d’Ibardin
€29 Pont d’Espagne

MHUX INKLUŻ FIL-PREZZ:

Is-City Tax ta’ Lourdes ta’ €1.50 kull adult kull lejl li tithallas direttament fil-Lukanda
Donazzjoni lis-Santwarju: €2.50 (kull persuna, kuljum)

* Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-prezzijiet
Il-hinijiet tat-titjiriet huma suggett ghal tibdil.

Starting from
From €599
Starting from
From €549 €499
Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

Lourdes,4 t'ijiem

Price
€539 per person
Duration
4 Days
Travellers
35+

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *