San Giovanni Rotondo (San Padre Pio) u Assisi

Starting from
Price
€839 per person
Duration
8 Days
Travellers
50
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
MaltaInternational Airport
Return Location
Fiumicino Airport

San Giovanni Rotondo (San Padre Pio) u Assisi

DIN IS-SENA QED NIKKOMEMORAW IL-54 SENA MILL-MEWT TA’ SAN PADRE PIO U L-20 SENA MINDU ĠIE DIKJARAT QADDIS.

Inzuru:

Pietrelcina, Piana Romana, Foggia, Monte Sant’Angelo, Lanciano, Assisi, Loreto, Cascia, Rocca Porena, La Verna & Greggio.

Data:

22 – 29 ta’ Lulju

IL-ĠIMGĦA, 22 TA’ LULJU

Niltaqgħu mat-tour leader fil-5.35am l-ajruport u fis-7.35am nitilqu bit-titjira tal-Air Malta lejn Ruma. Hekk kif naslu, fid- 9.00am, nirkbu l-kowċ li teħodna Pietrelcina, post żgħir u ħelu fejn twieled u għex Padre Pio sakemm kellu 31 sena. Naraw postijiet konnessi ma’ Padre Pio, fosthom il-knisja parrokkjali fejn qaddes għall-ewwel darba fl-14 ta’ Awwissu 1910. Wara l-ikel (extra), immorru Piana Romana, post żgħir viċin ħafna ta’ Pietrelcina, sinonimu ma’ Padre Pio speċjalment minħabba l-pjagi inviżibbli. Wara, immorru l-lukanda f’San Giovanni Rotondo. Hawnhekk ikollna s-sistemazzjoni talkmamar u ikel.

IS-SIBT, 23 TA’ LULJU

Wara l-kolazzjon, inżuru s-Santwarju Santa Maria Delle Grazie fejn nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni ewkaristika. Inżuru wkoll il-Mużew ta’ Padre Pio, il-kripta, il-kamra tiegħu, il-kurċifiss mirakoluż, il-knisja l-qadima u l-konfessjonarju. Wara naqbdu t-triq monumentali tal-Via Crucis li hija waħda mill-opri l-kbar ta’ San Pio. Inżuru l-knisja l-ġdida ddedikata lil San Pio ta’ Pietralcina. Filgħaxija, wara ċ-ċena, immorru ngħidu r-rużarju fil-kripta.

IL-ĦADD, 24 TA’ LULJU Kolazzjon, u wara nitilqu għal Foggia u Monte Sant’Angelo. F’Foggia nżuru l-Bażilika tal-Madonna Inkurunata. Matul iż-żminijiet, din il-Bażilika żaruha San Franġisk ta’ Assisi, Sant’Antnin ta’ Padova, San Pio ta’ Pietrelcina u San Ġwanni Pawlu II. Wara, ikollna xi ħin għax-xiri ta’ souvenirs u nitilqu għaċ-ċentru kummerċjali ta’ Foggia fejn ikollna ħin għall-ikel (extra). Wara nofsinhar nitilqu minn Foggia għal fuq il-Muntanja tal-Gargano fejn f’Monte Sant’Angelo hemm l-għar u s-Santwarju ta’ San Mikiel Arkanġlu. Dan il-post qaddis kien iħobb iżuru Padre Pio, akkumpanjat mill-fratini. Bħalissa, din il-Bażilika/Santwarju qegħdin jieħdu ħsiebha l-Kongregazzjoni Mikelini li huma ta’ oriġini Pollakka. Ikollna ħin liberu qabel ma nitilqu għal-lukanda fejn niċċenaw.

IT-TNEJN, 25 TA’ LULJU

Illum, wara l-kolazzjon, nitilqu għal Assisi. Matul il-vjaġġ, ikollna waqfa qasira f’Lanciano fejn inżuru s-Santwarju talMiraklu tal-Ewkaristija. Hekk kif naslu Assisi, ikollna s-sistemazzjoni tal-kmamar, ħarġa mat-tour leader, u wara jkollna ċ-ċena.

IT-TLIETA, 26 TA’ LULJU Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni ta’ ġurnata għal Loreto li qiegħed filprovinċja ta’ Ancona. Loreto jżuruh ħafna pellegrini, u huwa magħruf għall-Bażilika ddedikata lill-Madonna ta’ Loreto. Hawnhekk, ikollna quddiesa bil-Malti. Wara nofsinnhar, nirritornaw Assisi, u bil-mixi nżuru l-Bażilika ta’ Santa Chiara u l-kripta. Inkomplu l-mixja taghna biex inżuru d-dar fejn kien joqgħod San Franġisk malġenituri tiegħu madwar 800 sena ilu. Inżuru wkoll ittliet Bażiliki ta’ San Franġisk inkluż il-kripta tal-qabar tiegħu.

L-ERBGĦA, 27 TA’ LULJU

Dalgħodu, wara l-kolazzjon, immorru Cascia. Hawnhekk, inżuru l-kunvent fejn għexet Santa Rita bħala soru, ilBażilika ddedikata lil Santa Rita u l-Bażilika Inferiore fejn hemm ix-xbieha tal-miraklu tal-Ostja Divina. Wara nofsinhar, immorru Rocca Porena, raħal żgħir fejn għexet mal-ġenituri, iżżewġet u kellha żewġt itfal. Minn hawn, immorru Assisi fejn inżuru l-Knisja tal-Madonna degli Angeli, fejn hemm il-kappella tal-Porziuncola.

IL-ĦAMIS, 28 TA’ LULJU Kolazzjon segwit minn eskursjoni ta’ ġurnata għal La Verna. Il-Konti ta’ La Verna għen lil San Franġisk jibni l-Kappella ta’ Porziuncola. Huwa kien offrilu din l-għolja biex jibdilha f’post fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu l-patrijiet. Jingħad li f’dan il-post seħħ miraklu li matulu San Franġisk irċieva l-istigma. Nirritornaw lura Assisi għaċ-ċena.

IL-ĠIMGĦA, 29 TA’ LULJU

Illum, wara l-kolazzjon, immorru fuq l-għolja ta’ Greggio ftit ‘il barra mill-belt. Hawnhekk, ikollna esperjenza unika fejn naraw ilpost ta’ fejn San Franġisk għamel l-ewwel presepju ħaj. Dan l-avveniment għadu jsir sal-ġurnata tal-lum fi żmien il-Milied. Ikollna quddiesa bil-Malti fil-knisja ta’ ħdejn l-għar fejn kienet saret din il-ġrajja. Minn hawn, naqbdu triqtna lura lejn il-lukanda. Wara ftit ħin ta’ mistrieħ, immorru lejn l-ajruport ta’ Ruma minn fejn fid9.10pm nitilqu bit-titjira tal-Air Malta lejn Malta u naslu fl-10.35pm.

PREZZ KULL PERSUNA

Adult f’kamra trippla €839

Adult f’kamra doppja €868

Adult f’kamra singola €999

Tfal (sa 11-il sena) ma’ żewġ adulti €699

PREZZ JINKLUDI:

Titjiriet diretti bir-ritorn mal-Air Malta Malta/Ruma/Malta

3 iljieli HB f’San Giovanni Rotondo fil-Lukanda Rosamarina (3-stilel) jew simili

4 iljieli HB f’Assisi fil-Lukanda Frate Sole (3-stilel) jew simili

7 kolazzjonijiet u 7 ikliet

Kowċ komda bl-arja kkondizzjonata matul it-tour

L-eskursjonijiet kollha

Servizz ta’ tour leader

Servizz ta’ direttur spiritwali

It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge

Insolvency fund

MHUX INKLUŻ FIL-PREZZ

Is-City Taxes, kull persuna, kull lejl. F’San Giovanni Rotondo €1.00 u f’Assisi €1.50. Dawn it-taxxi jitħallsu direttament fil-lukandi.

Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

San Giovanni Rotondo (San Padre Pio) u Assisi

Price
€839 per person
Duration
8 Days
Travellers
50

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *