San Giovanni Rotondo ( San Padre Pio)

Starting from
Price
€499 per person
Duration
5days
Travellers
40+
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Fiumicino Airport

San Giovanni Rotondo ( San Padre Pio)

Dati: 6-10 Gunju

IT-TNEJN, 6 TA’ ĠUNJU

Niltaqgħu l-ajruport ta’ Malta fil-5.35am biex nitilqu bit-titjira tal-Air Malta lejn Ruma fis-7.35am.

Hekk kif naslu, fid-9.00am, nirkbu l-kowċ li teħodna Pietrelcina, post żgħir u ħelu fejn twieled u għex Padre Pio sakemm kellu 31 sena.

Naraw postijiet konnessi ma’ Padre Pio, fosthom il-knisja parrokkjali fejn fl-14 ta’ Awwissu 1910 qaddes għall-ewwel darba.

Wara l-ikel (extra), immorru Piana Romana, post żgħir viċin ħafna ta’ Pietrelcina, sinonimu ma’ Padre Pio speċjalment minħabba l-pjagi inviżibbli.

Wara mmorru l-lukanda f’San Giovanni Rotondo. Ikollna s[1]sistemazzjoni tal-kmamar u ikel.

IT-TLIETA, 7 TA’ ĠUNJU

Wara l-kolazzjon immorru nżuru s-Santwarju Santa Maria Delle Grazie fejn nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni ewkaristika.

Inżuru wkoll il-Mużew ta’ Padre Pio, il-kripta, il-kamra tiegħu, il-kurċifiss mirakoluż, il-knisja l-qadima u l-konfessjonarju.

Wara, naqbdu t-triq monumentali tal[1]Via Crucis, waħda mill-opri l-kbar ta’ San Pio. Inżuru l[1]knisja l-ġdida ddedikata lil San Pio ta’ Pietralcina. Filgħaxija, wara ċ-ċena, immorru ngħidu r-rużarju fil[1]kripta.

L-ERBGĦA, 8 TA’ ĠUNJU

Kolazzjon, u wara nitilqu għal Foggia u Monte Sant’Angelo.

F’Foggia, inżuru l-Bażilika tal-Madonna Inkurunata. Matul iż[1]żminijiet, din il-Bażilika żaruha San Franġisk ta’ Assisi, Sant’Antnin ta’ Padova, San Pio ta’ Pietrelcina u San Ġwanni Pawlu II. Wara, ikollna xi ħin għax-xiri ta’ souvenirs u nitilqu lejn iċ-ċentru kummerċjali ta’ Foggia fejn ikun hemm ħin għall-ikel (extra).

Wara nofsinhar, nitilqu minn Foggia għal fuq il-Muntanja tal-Gargano fejn f’Monte Sant’Angelo hemm l-għar u s-Santwarju ta’ San Mikiel Arkanġlu.

Dan il-post qaddis kien iħobb iżuru Padre Pio, akkumpanjat mill-fratini. Bħalissa, din il-Bażilika/Santwarju qegħdin jieħdu ħsiebha l-Kongregazzjoni Mikelini li huma ta’ oriġini Pollakka.

Ikollna ħin liberu qabel ma nitilqu għal-lukanda fejn niċċenaw.

IL-ĦAMIS, 9 TA’ ĠUNJU

Wara l-kolazzjon, immorru fil-knisja l-qadima fejn Padre Pio kien iqaddes għal iktar minn 40 sena meta kien mar San Giovanni Rotondo. Hawnhekk, nieħdu sehem fil-quddiesa bil-Malti.

Wara, immorru naraw waħda mill-Opri ta’ Padre Pio La Casa Sollievo Della Sofferenza.

Wara nofsinhar immorru fil-headquarters internazzjonali minn fejn nirċievu korripondenzi għal-laqgħat ta’ Talb ta’ San Piju ta’ Pietrelcina. Jingħata rikordju żgħir ta’ Padre Pio. Wara ċ-ċena, immorru ngħidu r-rużarju fil[1]kripta.

IL-ĠIMGĦA, 10 TA’ ĠUNJU

Illum, wara l-kolazzjon, nitilqu għall-ajruport ta’ Ruma. Matul il-vjaġġ, ikollna waqfa f’Lanciano fejn inżuru s-Santwarju tal-Miraklu tal-Ewkaristija.

It-tijira għal Malta titlaq fid-9.10pm u naslu fl-10.35pm.

 

PREZZ KULL PERSUNA

€499  Kbar f’kamra trippla

€539  Kbar f’kamra doppja

€619  Kbar f’kamra singola

€419  Tfal (sa 11-il sena) ma’ żewġ adulti

PREZZ JINKLUDI

Titjiriet diretti bir-ritorn mal-Air Malta Malta/Ruma/Malta

Akkomodazzjoni HB fil-Lukanda Rosamarina 3-stilel jew simili

Kmamar kollha bis-servizzi privati

Kowċ komda bl-arja kkondizzjonata matul it-tour

L-eskursjonijiet kollha

Servizz ta’ tour leader

Servizz ta’ direttur spiritwali

It-taxxi tal-ajruport u s-service charge

Insolvency fund

MHUX INKLUŻ FIL-PREZZ

San Giovanni Rotondo City Tax: €1.00 kull persuna kull lejl , din titħallas direttament fil-lukanda

Starting from
From €1139
Starting from
From €549
Starting from
From €479
Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

San Giovanni Rotondo ( San Padre Pio)

Price
€499 per person
Duration
5days
Travellers
40+

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *