Vjaġġi u Pellegrinaġġi għal Lourdes

Starting from
Price
€549 per person
Duration
5days
Travellers
50
  • Information
  • Similar Tours

What's included

Departure Location
Malta International Airport
Return Location
Lourdes Airport

Vjaġġi u Pellegrinaġġi għal Lourdes

Inzuru: Lourdes, Gavarnie, St. Jean d’Luz, Col d’Ibardin & Pont d’Espagne

Dati:

Grupp 1 ,  10 – 14 ta’ Lulju

Grupp 2 ,  17 – 21 ta’ Lulju

Grupp 3,  24 – 28 ta’ Lulju

Grupp 4,  7 – 11 ta’ Awwissu

Grupp 5,  14 – 18 ta’Awwissu (15 ta’ Awwissu – Festa Pubblika)

Grupp 6,  21 – 25 ta’ Awwissu

Grupp 7,  4 – 8 ta’ Settembru (8 ta’ Settembru – Festa Nazzjonali)

Grupp 8,  18 – 22 ta’ Settembru (21 ta’ Settembru – Festa Nazzjonali)

IL-ĦADD

Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fl-3.45am, u b’titjira diretta mar-Ryanair nitilqu għal Lourdes fis-6.15am. Fid-8.45am naslu Lourdes u nirkbu l-kowċ li teħodna għal-Lukanda Lys De Marie (3-stilel superior) jew simili fejn ikollna s-sistemazzjoni tal-kmamar. Wara l-pranzu nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil[1]Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernardette Soubirous. Inkomplu bil-programm billi naraw, u fejn ikun possibili nżuru, diversi postijiet ta’ nteress konnessi ma’ Santa Bernardette, fosthom il[1]Mitħna Boly (fejn twieldet u għexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’ħabs abbandunat fejn għexet, flimkien mal-familja, matul id-dehriet) u l-Knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù (fejn tgħammdet). Ċena fil-lukanda, u wara fid[1]9.00pm nieħdu sehem, bħala grupp, fil-purċissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bażilika tar-Rużarju. F’din il-purċissjoni, il[1]pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom waqt li jingħad ir-rużarju.

IT-TNEJN

Wara l-kolazzjon, niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il[1]Grotta. Ma’ tmiem il-quddiesa, il-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bażiliki. Inkomplu bil-programm billi nżuru t-tliet Bażiliki, u wara nagħmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-Għolja de l’Espeluges. Pranzu, u wara optional excursion f’Gavarnie, fejn ikollna eskursjoni verament sabiha li matulha naraw ħafna veduti meraviljużi. Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, 1357m ’l fuq mill-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon, fejn ingawdu veduta mill-aqwa. Hekk kif naslu Gavarnie nistgħu nagħmlu mixja qalb xenarju mill-isbaħ jew min irid jista’ anke jirkeb fuq xi żiemel. Ċena fil-lukanda.

IT-TLIETA

Kolazzjon, u wara jkollna optional excursion ta’ jum f’St. Jean de Luz u Col d’Ibardin. F’St. Jean de Luz, li hija belt kosmopolitana u medjovali b’influwenza Spanjola, inżuru ċ-ċentru storiku u x-xtajta kbira tal-post. Imbagħad, immorru Col d’Ibardin minn fejn naraw veduti mill-isbaħ, u minn fejn inkunu nistgħu nagħmlu xi xiri. Nirritornaw lura l-lukanda għaċ-ċena, u wara jkollna Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

L-ERBGĦA

Kolazzjon, u fid-9.30am nieħdu sehem fil-quddiesa internazzjonali li ssir fil-Bażilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X, fejn nesperjenzaw esperjenza unika u xeni impressjonanti ta’ devozzjoni. Wara din iċ-ċelebrazzjoni, immorru naraw DVD dwar il-messaġġ ta’ Lourdes. Wara l-pranzu, ikollna optional excursion f’Pont d’Espagne li jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Matul din l-eskursjoni fuq il-muntanji, nitpaxxew b’xenarju mill-isbaħ u naraw ħafna kaskati meraviljużi bl-ilma nieżel b’veloċità kbira. Dan il-post huwa popolari ħafna ma’ dawk li jħobbu jmorru mountain climbing. Ċena fil-lukanda.

IL-ĦAMIS:

Kolazzjon kmieni, u wara nitilqu għall[1]ajruport. It-titjira tar-Ryanair titlaq minn Lourdes fl[1]10.05am, u tasal Malta fin-12.35pm.

PREZZ KULL PERSUNA

Adult f’kamra trippla €549

Adult f’kamra doppja €589

Adult f’kamra singola €639

Tfal (2 sa 5 snin) ma’ żewġ adulti €389

Tfal (6 sa 9 snin) ma’ żewġ adulti €439

*Il-postijiet fuq it-titjira jiġu assenjati mir-Ryanair.

Jista’ jkun hemm ħlas addizzjonali jekk inti tkun tixtieq postijiet fejn xulxin u/jew bagalja extra.

ESKURSJONIJIET , ADULTI/TFAL

Gavarnie €29 / €15

St. Jean d’Luz / Col d’Ibardin €43 / €22

Pont d’Espagne €29 / €15

 

Prezz jinkludi:

Titjiriet: Malta/Lourdes/Malta mar-Ryanair* (Jinkludi bagalja ta’ 10kg)

Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport

Akkomodazzjoni għal 4 iljieli fil-Lukanda Lys de Marie (3-stilel superior) jew simili

Kmamar kollha bis-servizzi privati Bażi:

4 kolazzjonijiet /3 pranzi/4 ċeni

Servizz ta’ tour leader

Servizz ta’ direttur spiritwali

It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge Insolvency fund

 

MHUX INKLUŻ FIL-PREZZ

Lourdes City Tax (titħallas direttament fil-lukanda) €1.50 kull persuna kull lejl.

Santwarju ta’ Lourdes: Donazzjoni ta’ €10 kull persuna.

Din tinġabar mit-tour leader f’Lourdes.

Starting from
From €619 €519
Share on social networks
Our Awards
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2019/02/awards.png
https://bsl.com.mt/wp-content/uploads/2021/01/Insolvency-Fund-Round-Sticker-2021.gif

Visit us on Social Networks

Close

Vjaġġi u Pellegrinaġġi għal Lourdes

Price
€549 per person
Duration
5days
Travellers
50

    Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *



      Fill out the form to book the Tour. Required fields are marked *