- Information
- Similar Tours
What's included
LOURDES
Grupp 1 : 11 – 15 ta’ Mejju- Fully booked
Grupp 2 : 01 – 05 ta’ Ġunju – Fully booked
Grupp 3 : 15 – 19 ta’ Ġunju -Fully booked
Grupp 4 : 29 ta’ Ġunju – 03 Lulju-Fully booked
Grupp 5 : 06 – 10 ta’ Lulju -Fully booked
Grupp 6 : 13 – 17 ta’ Lulju-Fully booked
Grupp 7 : 20 – 24 ta’ Lulju -Fully booked
Grupp 8 : 27 – 31 ta’ Lulju – Fully booked
Grupp 9 : 03 – 07 t’Awwissu – Fully booked
Grupp 10: 10 – 14 t’Awwissu – Fully booked
Grupp 11: 17 – 21 t’Awwissu
Grupp 12: 24 – 28 t’Awwissu
Grupp 13: 31 t’Awwissu – 04 ta’ Settembru -Fully booked
Grupp 14: 07 – 11 ta’ Settembru
Grupp 15: 14 – 18 ta’ Settembru
Grupp 16: 21 – 25 ta’ Settembru
Inzuru
Lourdes, Gavarnie, Pont d’Espagne, St. Jean de Luz u Col d’Ibardin
IS-SIBT
Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fl-4.00pm għaċ-check in. Fis-6.10pm nitilqu fuq titjira tar-Ryanair li twassalna f’Lourdes fid-8.40pm. Bil-kowċ privat nitilqu lejn il-Hotel Lys de Marie jew similar fejn nagħmlu sistemazzjoni fil-kmamar u nistrieħu għal-lejl.
IL-ĦADD
Kolazzjon u nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bil-Quddiesa. Imbagħad inzuru l-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernardette Soubirous. Inzuru wkoll it-tliet Baziliki u nieħdu ritratt ta’ tifkira flimkien. Wara nagħmlu l-Via Sagra . Pranzu fil-lukanda u wara nofsinhar ikollna eskursjoni optional għal Pont d’Espagne li jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Matul din l-eskursjoni fuq il-muntanji, nitpaxxew b’xenarju mill-isbaħ u naraw ħafna kaskati meraviljuzi bl-ilma niezel b’veloċita’ kbira. Filgħaxija niċċenaw fil-lukanda.
IT-TNEJN
Wara l-kolazzjon niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/kappelli li jinsabu viċin il-Grotta. Imbagħad nagħmlu mixja madwar Lourdes u fejn ikun possibili nzuru diversi postijiet ta’ nteress konnessi ma’ Santa Bernardette, fosthom il-Mitħna Boly (fejn twieldet u għexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’ħabs abbandunat fejn għexet mal-familja matul id-dehriet) u l-knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ (fejn tgħammdet). Pranzu fil-lukanda segwit minn eskursjoni optional għal Gavarnie, fejn naraw ħafna veduti meraviljuzi. Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, b’għoli ta’ 1357m ‘l fuq mill-baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon, fejn ingawdu veduta mill-aqwa. Ċena fil-lukanda u wara nieħdu sehem fil-purċissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bazilika tar-Ruzarju. F’din il-purcissjoni, il-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom waqt li jingħad ir-ruzarju.
IT-TLIETA
Kolazzjon u llum ikollna eskursjoni optional ta’ jum sħiħ f’St Jean de Luz u Col d’Ibardin. F’St Jean de Luz, li hija belt kosmpolitana u medjevali b’influwenza Spanjola, inzuru ċ-ċentru storiku u x-xtajta tal-post. Imbagħad immorru Col d’Ibardin minfejn naraw veduti mill-isbaħ u jkollna ħin għal ftit shopping. Filgħaxija niccenaw fil-lukanda.
L-ERBGĦA
Kolazzjon u fid-9.30am nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X, fejn nesperjenzaw xeni uniki ta’ devozzjoni. Imbagħad nippranzaw fil-lukanda u nitilqu lejn l-ajruport biex fil-4.55pm nitilqu fuq titjira tar-Ryanair li twassalna Malta fis-7.20pm.
PREZZ KULL PERSUNA
Adult f’kamra trippla €699
Adult f’kamra doppja €719
Adult f’kamra singola €807
Tfal (2-5 snin) ma’ 2 adulti €459
Tfal (6 sa 9 snin) ma’ 2 adulti €499
PREZZ JINKLUDI
Titjira Malta/Lourdes/Malta mar-Ryanair
20kg checked-in luggage kull persuna
Trasferimenti ajruport/lukanda/ajruport
Akkomodazzjoni għal 4 iljieli fil Lukanda Lys De Marie jew similar
Kmamar kollha bis-servizzi privati
4 kolazzjonijiet / 3 pranzi / 3 ċeni
Servizz ta’ tour leader
Servizz ta’ direttur spiritwali
Taxxi tal-ajruport u service charge
Insolvency Fund
ESKURSJONIJIET
ADULTI / TFAL
€29/€15 Pont d’Espagne
€29/€15 Gavarnie
€45/€23 St Jean de Luz/Col d’Ibardin
MHUX INKLUZ FIL-PREZZ
City Tax ta’ Lourdes – €2.30 kull persuna kull lejl (minn 18-il sena ‘l fuq) titħallas direttament fil-lukanda
Santwarju ta’ Lourdes – Donazjoni ta’ €10 kull persuna li tinġabar mit-tour leader f’Lourdes