- Information
What's included
San Giovanni Rotondo , Padre Pio
29 ta Awissu -2 ta Settembru
Inzuru:
Monte Sant Angelo, Foggia, Lanciano, Pietrelcina, Piana Romana, Bari
IL-ĦAMIS 29 TA’ AWWISSU
Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fl-4.30am minn fejn fis-6.15am permezz ta’ titjira tarRyanair nitilqu ghal Bari. Meta naslu Bari insibu coach li teħodna San Giovanni Rotondo post fejn Patri Piju għex għal 50 sena sħaħ bejn l-1918 u 1968. Naslu il-lukanda u nieħdu il-kmamar. Wara nofsinhar immorru għas-smiegħ tal-quddiesa, ninvistaw l-English office fejn niġu mbierka b’waħda mill-ingwanti li kienu jmissu mal-pjagi mirakulużi ta’ Padre Piju.Wara mmorru nagħmlu l-Via Crucis Monumentali u ninvistaw il-mużew. Ċena fil-lukanda.
IL-ĠIMGĦA 30 TA’ AWWISSU
Wara l-kolazzjon immorru bil-kowċ lejn Monte Sant’Angelo u Foggia. F’Monte Sant’Angelo hemm l-Għar u s-Santwarju ta’ San Mikiel Arkanġlu. Hawnhekk sa niċċelebraw il-quddiesa u jkollna ċans biex naraw dan it-tempju qaddis. Din ilBażilika/Santwarju bħalissa qegħdin jieħdu ħsiebha l-Kongregazzjoni Mikelini li huma ta’ oriġini Pollakka. Ħin liberu qabel ma nitilqu ghal Foggia. Hawnhekk sa nżurul-Bażilika tal-Madonna Incoronata fejn wara jkollna ċans biex nidħlu f’ċentru kummercjali. Ċena fil-lukanda.
IS-SIBT 31 TA’ AWWISSU
Jittieħed il-kolazzjon u wara nitilqu għall-belt ta’ Lanciano. F’’Lanciano inżuru s Santwarju tal-Miraklu tal-Ewkaristija fejn juri l-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu. Dan il-Miraklu seħħ 1200 sena ilu u għadu jidher sal-lum. Hawnhekk ikollna ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Qabel nirritornaw San Giovanni Rotondo mmorru nieklu (extra). Kif naslu l-lukanda jkollna l-ħin bieximmorru u naraw fid-dettal il-knisja l ġdida u moderna ta’ San Pio ta’ Pietralcina, lis-sptar minn barra “La Casa Sollievo della Sofferenza” u l-kwartieri tal-laqgħat ta’ talb ta’ Patri Piju. Ċena.
IL-ĦADD 1 TA’ SETTEMBRU
Wara il-kolazzjon nitilqu għall-belt ta’ Pietralcina, post żgħir u ħelu fejn Patri Piju twieled u għex sakemm kellu 31 sena. Naraw postijiet konnessi ma’ Patri Piju, fosthom il-knisja parrokkjali fejn qaddes l-ewwel quddiesa.Ikollna quddiesa fil-knisja tasSagra Familja u naraw mużew ieħor ta’ Patri Piju. Wara l-ikel (extra) immorru Pjana Romana fejn kien ħa l-pjagi invisibbli. Lura ghal San Giovanni Rotondo u ċena fil lukanda.
IT-TNEJN 2 TA’ SETTEMBRU
Wara l-aħħar kolazzjon tagħna sa mmorru bil-kowċ għall-belt ta’ Bari. Din ilbelt hija l-kapitali tar-Reġjun ta’ Puglia u għandha port antik fil-Baħar Adrijatiku. F’Bari nimxu sal-belt il-qadima u ċ-ċentru storiku fejn nistgħu naraw il-Bażilika ta’ San Nikola u l-Katidral ta’ San Sabinu. Naqbdu l-kowċ biex immorru l-ajruport ta’ Bari u nieħdu t-titjira għal Malta Ryanair fl-4.30pm.
PREZZ KULL PERSUNA
Adult f’kamra trippla €669
Adult f’kamra doppja €699
Adult f’kamra singola €779
Tfal ma’ żewġ adulti €499
PREZZ JINKLUDI
Titjiiriet Malta/Bari/Malta mar-Ryanair u jinkludi 20 kg checked in luggage
Akkomodazzjoni f’San Giovanni Rotondo Hotel RosaMarina 3 star
4 kolazzjonijiet u 4 ċeni f’San Giovanni Rotondo
L-eskursjonijiet kollha Coach komdu bl-arja kondizzjonata matul it-tour
Servizz ta’ tour leader
Servizz ta’ direttur spiritwali
It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
Insolvency fund
MHUX INKLUŻ FIL-PREZZ
City taxes kull persuna, kull lejl: San Giovanni Rotondo
€1.50-il ġurnata u tithallas direttament fil-lukanda